Artikoli
- Arabic (ar)
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Russian (ru)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Serbian (sr)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
X’inhuma “prosumaturi” tal-enerġija u xi rwol jista’ jkollhom biex l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa jingħata spinta? Aħna ltqajna mal-espert tal-EEA fil-qasam tal-enerġija u l-ambjent, Javier Esparrago, biex nitkellmu dwar il-mod kif iċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet u n-negozji jistgħu jgħinu biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali tal-enerġija billi jsiru prosumaturi li kemm jipproduċu kif ukoll jikkonsmaw l-enerġija rinnovabbli. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-EEA ppubblikat rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-rwol tal-prosumaturi tal-enerġija rinnovabbli u din il-prattika li dejjem qed tikber b’segwitu għal teknoloġija aħjar u irħas u l-politiki li jippromwovuha.
Donnu jidher li konna qed ngħixu minn kriżi waħda wara oħra — pandemija, mewġiet ta’ sħana estrema u nixfa minħabba t-tibdil fil-klima, l-inflazzjoni, il-gwerra, u kriżi tal-enerġija. Din ix-xitwa x’aktarx li tkun ikkaratterizzata minn inċertezza kontinwa, volatilità għolja fis-swieq globali bħall-enerġija u l-ikel, li se jaffettwaw lil xi pajjiżi u gruppi aktar minn oħrajn. L-indirizzar ta’ dawn il-kriżijiet, speċjalment fit-tul, jirrikjedi impenn politiku sod u investimenti fis-sostenibbiltà sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetajiet tagħna.
Enfasi fuq is-saħħa: Il-mixja lejn tniġġis żero tfisser ħajja aktar b’saħħitha fl-Ewropa
15 Jul 2022It-tniġġis ambjentali għandu impatt fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tagħna. Il-valutazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent enfasizzaw dawn l-impatti u l-kisbiet potenzjali li nistgħu niksbu minn ambjent aktar nadif. Nistgħu nipprevjenu xi każijiet ta’ kanċer; nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna b’kull azzjoni li nieħdu lejn tniġġis żero fl-Ewropa.
Nagħmlu t-trasport aktar sostenibbli fl-Ewropa
15 Jul 2022It-trasport jgħaqqad lin-nies, il-postijiet, il-kulturi u l-ekonomiji iżda jeżerċita wkoll pressjonijiet kbar fuq l-ambjent u l-klima. Tkellimna ma’ tnejn mill-esperti dwar it-trasport u l-ambjent tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) — Rasa Narkeviciute u Tommaso Selleri — dwar l-isfidi u l-opportunitajiet biex is-sistema tat-trasport tal-Ewropa ssir aktar sostenibbli u dwar ir-rapport li ppubblikajna dan l-aħħar.
L-Unjoni Ewropea tat bidu għal pjanijiet ambizzjużi biex tnaqqas b’mod drastiku l-emissjonijiet u t-tniġġis matul id-deċennji li ġejjin. Parti minn dan jinkludi l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero li tnieda reċentement u li se jiffoka fuq it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija għal livelli li ma għadhomx jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Aħna ltqajna ma’ Ian Marnane, espert tal-ambjent, tas-saħħa u tal-benesseri tal-EEA. Attwalment qed jaħdem fuq rapport li jmiss tal-EEA dwar it-Tniġġis Żero, li mistenni jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.
Solidarjetà fl-Ewropa fi żminijiet ta’ gwerra
31 Mar 2022L-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna biddlet il-ħajjiet tal-Ukreni minn ġurnata għall-oħra. L-impatti ta’ din il-gwerra mhux ġustifikata jinħassu mhux biss fl-Ukrajna iżda wkoll lil hinn sew mill-fruntieri tal-Ukrajna u se jkomplu jħallu impatt fuqna kollha għas-snin u saħansitra għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Is-solidarjetà hija kruċjali għall-irkupru mill-Covid-19 u għal futur aħjar u sostenibbli
03 Feb 2022L-2021 kienet ikkaratterizzata mill-Covid-19 u mill-impatti tat-tibdil fil-klima. Quddiem prezzijiet ogħla tal-enerġija u tħassib dwar is-saħħa, l-irkupru tal-Ewropa jeħtieġ deċiżjonijiet diffiċli fl-2022. L-azzjoni mdewma jew l-ambizzjonijiet aktar baxxi x’aktarx li jkollhom spejjeż soċjali u ekonomiċi ogħla fuq perjodu ta’ żmien twil. L-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali f’din it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà huwa ċ-ċavetta għal futur aħjar għalina lkoll.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tikkoopera ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi, inklużi dawk fil-Balkani tal-Punent. Din il-kooperazzjoni kif tkompli l-ħidma tal-UE dwar l-ambjent u kif inhi ta’ benefiċċju għall-Albanija, għall-Bożnija-Ħerzegovina, għall-Montenegro, għall-Maċedonja ta’ Fuq, għas-Serbja u għall-Kosovo? Aħna ninsabu f’kuntatt ma’ Luc Bas, il-kap tal-Programm ta’ Koordinazzjoni, Networks u Strateġija, biex niddiskutu kif l-EEA qiegħda taħdem ma’ dawn il-pajjiżi biex ittejjeb l-ambjent.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) reċentement ippubblikaw ir-Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew (EMTER), li huwa valutazzjoni konġunta dwar l-impatti ambjentali tat-trasport marittimu fl-Ewropa. Aħna intervistajna lil Stéphane Isoard, Kap tal-grupp għal suġġetti dwar l-ilma u l-baħar fl-EEA, li kien qed imexxi t-tim tal-EEA li kien qed jaħdem fuq ir-rapport.
Min-newtralità karbonika għall-ekonomija ċirkolari, arja aktar nadifa għal trasport aktar nadif, l-Ewropa stabbiliet objettivi ambjentali u klimatiċi ambizzjużi. Il-bliet, fejn jgħixu l-maġġoranza kbira tal-Ewropej, jeħtieġ li jiżvolġu rwol deċiżiv fil-kisba tal-miri tas-sostenibbiltà tal-Ewropa. Il-mistoqsija hi: kif jistgħu l-bliet isiru sostenibbli?
Minbarra li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-ambjent u l-klima tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qed taħdem biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha stess bħala organizzazzjoni. Intervistajna lil Melanie Sporer, li tikkoordina dawn l-isforzi fl-EEA, permezz tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE.
Minn kurituri ta’ politika għal pjattaformi akkademiċi, id-dinja qed titkellem dwar kriżijiet globali: kriżi tas-saħħa, kriżi ekonomika u finanzjarja, kriżi klimatika u kriżi tan-natura. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma kollha s-sintomi tal-istess problema: il-produzzjoni u l-konsum mhux sostenibbli tagħna. L-impatt tal-COVID-19 żvela biss il-fraġilità sistemika tal-ekonomija u tas-soċjetà globali tagħna bl-inugwaljanzi kollha tagħhom.
Wara sena ngħixu bil-COVID-19 u l-impatti tiegħu, l-Ewropa qed tkompli tressaq pakketti ta’ politika għall-għanijiet ambizzjużi tagħha deskritti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa essenzjali li l-Ewropa tibqa’ fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha u tiżgura li l-Ewropa tal-2050 tkun soċjetà reżiljenti mibnija fuq is-solidarjetà, li tipprovdi ambjent tajjeb għas-saħħa għalina lkoll.
It-tniġġis tal-arja, it-tniġġis akustiku u l-impatti tat-tibdil fil-klima huma riskji ewlenin għas-saħħa u l-benesseri ta’ kuljum tal-Ewropej. Tkellimna ma’ Catherine Ganzleben, il-kap tal-grupp, it-tniġġis tal-arja, l-ambjent u s-saħħa, Alberto González, l-espert tal-kwalità tal-arja tal-EEA, u Eulalia Peris, l-espert tat-tniġġis akustiku tal-EEA biex insiru nafu aktar dwar x’qed tagħmel l-EEA biex ittejjeb l-għarfien f’dan il-qasam importanti ta’ xogħol.
L-Istrateġija konġunta tagħna tindika d-direzzjoni tal-pjan tagħna. Din tintroduċi mod ġdid ta’ kif naħdmu flimkien u noħolqu l-għarfien — aktar aġli, aktar reattiv, aktar proattiv, aktar azzjonabbli — li jixraq għall-isfidi li se niffaċċjaw u l-għarfien li se jkollna bżonn fid-deċennju li ġej.
Il-pandemija tal-COVID-19 tipprovdi eżempju ċar ta’ kemm is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jistgħu jkunu fraġli quddiem xokk kbir. Id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima huma mistennija li jagħmlu tali xokkijiet aktar frekwenti u aktar severi. Quddiem l-inċertezza u l-isfidi multipli, l-unika għażla vijabbli tagħna hija li niżguraw li kull deċiżjoni li nieħdu f’dan il-perjodu kritiku tqarribna lejn l-għanijiet soċjali u ta’ sostenibbiltà tagħna.
Nafu li t-tniġġis tal-plastik u l-iskart tal-plastik huma problema ambjentali kbira. F’dawn l-aħħar snin, ġew introdotti fis-suq prodotti ġodda tal-plastik li jiddikjaraw li huma aħjar għall-ambjent. Briefing tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li ġie ppubblikat riċentament jivvaluta l-kredenzjali ambjentali tagħhom. Biex insiru nafu aktar, poġġejna bilqiegħda ma’ Almut Reichel, espert dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-iskart fl-EEA.
Valutazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem għal fehim aħjar dwar il-prospettivi għas-sostenibbiltà
26 Jun 2020L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) reċentement ippubblikat rapport dwar il-“motivaturi tal-bidla” li għandhom impatt fuq il-prospettivi tal-Ewropa għall-ambjent u s-sostenibbiltà. Intervistajna lill-maniġer tal-proġett tar-rapport, Lorenzo Benini, li jaħdem fl-EEA bħala espert dwar il-valutazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistemi.
Kif nistgħu nibnu dinja aktar sostenibbli u reżiljenti wara l-kriżi tal-coronavirus? F’dan il-perjodu kritiku fejn sejrin jittieħdu deċiżjonijiet ta’ rkupru kruċjali li se jsawru l-futur tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se ġġib flimkien l-għarfien relatat mal-corona u mal-ambjent u tikkontribwixxi għal dibattitu informat.
It-tniġġis akustiku huwa problema kbira, kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent
17 Apr 2020It-tniġġis akustiku huwa problema li qed tikber madwar l-Ewropa u problema li ħafna nies mhumiex konxji tal-impatti li għandha fuq saħħithom. Poġġejna bilqiegħda ma’ Eulalia Peris, l-espert dwar il-ħsejjes ambjentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, biex niddiskutu s-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-EEA ‘Environmental noise in Europe - 2020’ (Ħsejjes ambjentali fl-Ewropa - 2020), li ġie ppubblikat aktar kmieni dan ix-xahar.
Permalinks
- Permalink to this version
- 57b997d233e4c674fc60c7f01d7dc0d4
- Permalink to latest version
- UC9MX4N3IE
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/articles/all-articles or scan the QR code.
PDF generated on 31 Jan 2023, 03:45 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn