li jmiss
preċedenti
punti

Artikoli

Biddel il-lingwa
Artikoli
Menu
Lejn ibħra b'saħħithom u produttivi fl-Ewropa u lil hinn minnha

Il-ħajja fil-baħar, il-klima globali u l-ekonomija u l-benesseri soċjali tagħna kollha jiddependu minn ibħra b'saħħithom. Minkejja ċertu titjib, il-valutazzjonijiet tagħna juru li l-mod kif attwalment qegħdin nużaw l-ibħra Ewropej għadu insostenibbli. It-tibdil fil-klima u l-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali jżidu aktar pressjoni fuq l-ambjent tal-baħar. Il-politiki u l-miżuri Ewropej jistgħu jirriżultaw f'aktar titjib meta jkunu implimentati permezz ta' approċċ ta' "ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema" u jkunu appoġġjati minn qafas ta' governanza globali tal-oċeani.

Aqra iktar

Sustanzi kimiċi fl-Ewropa: nifhmu l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent

L-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi ta' ħsara hija magħrufa li jkollha impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Hekk kif il-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi fuq livell globali qiegħda tiżdied u sustanzi kimiċi ġodda qegħdin jiġu żviluppati u jintużaw, kif nafu x'jiġi kkunsidrat bħala sigur? Aħna ddiskutejna dan ma' Xenia Trier, esperta ta’ l-EEA dwar is-sustanzi kimiċi, kwistjonijiet differenti relatati ma' użu sigur ta' sustanzi kimiċi fl-Ewropa u x'qiegħda tagħmel l-UE sabiex tnaqqas l-effetti sekondarji potenzjali tagħhom.

Aqra iktar

Ekonomija ċirkolari fl-Ewropa: ilkoll kemm aħna għandna rwol x'naqdu

Għall-maġġoranza tan-nies, l-idea ta' ekonomija ċirkolari tibqa' kunċett astratt jekk mhux wieħed imbiegħed. Waqt li "going green" (insiru ekoloġiċi), hija tema popolari li qiegħda tikber madwar id-dinja, ħafna nies għadhom mhumiex konxji tal-bidliet akbar li ser ikollhom isiru sabiex jiġi żgurat futur sostenibbli, u jiġi aċċertat il-benesseri tagħna fuq perjodu ta' żmien twil.

Aqra iktar

Il-kwalità ta’ l-arja tibqa’ suġġett jaħraq għal ħafna Ewropej

Ix-xahar li għadda l-Aġenzija Ewropa għall-Ambjent (EEA) ħarġet l-aħħar rapport tagħha 'Il-kwalità ta’ l-arja fl-Ewropa' li wera li waqt li l-kwalità tal-arja qed titjieb bil-mod, it-tniġġis ta’ l-arja jibqa’ l-akbar periklu waħdieni għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa. Itlqajna ma’ Alberto González Ortiz, espert tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-EEA, biex niddiskutu s-sejbiet tar-rapport u kif teknoloġiji bħall-immaġni bis-satellita qed jgħinu biex titjieb ir-riċerka dwar il-kwalità ta’ l-arja.

Aqra iktar

Finanzjament tal-klima: riżorsi għal Ewropa b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima

Il-klima tagħna qed tinbidel. Jeħtieġ li nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex nillimitaw ir-rata tat-tibdil fil-klima, u fl-istess ħin, nieħdu miżuri li jgħinuna nippreparaw għal impatti kurrenti u futuri. Dawn iż-żewġ linji ta’ azzjoni jeħtieġu direzzjoni ġdida ta’ l-investimenti li qatt ma kien hawn bħalha qabel. Dan ġie rikonoxxut mill-konferenzi dwar il-klima f’Pariġi u reċentement f’Marrakesh. Is-settur finanzjarju jista’ u ser ikollu rwol strumentali fl-appoġġ għat-tranżizzjoni ta’ l-Ewropa lejn soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

Aqra iktar

Vetturi elettriċi: nimxu lejn sistema ta' mobilità sostenibbli

Is-soċjetà moderna tiddependi fuq il-moviment ta' prodotti u nies, iżda s-sistemi tagħna ta' trasport attwali għandhom impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Aħna tkellimna ma' Magdalena Jóźwicka, maniġer tal-proġetti ta' rapport li jmiss dwar vetturi elettriċi, dwar il-vantaġġi u l-isfidi ambjentali ta’ l-użu ta’ l-elettriku bħala alternattiva għall-fjuwils konvenzjonali għall-vetturi.

Aqra iktar

Lil hinn minn Pariġi: l-implimentazzjoni ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju

F'Diċembru li għadda f'Pariġi, id-dinja stabbilixxiet għaliha nfisha mira ambizzjuża: li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2 gradi, filwaqt li timmira li tillimita ż-żieda għal 1.5 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali. Fis-summit tal-G20 aktar kmieni dan ix-xahar, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ħabbru l-impenn formali tagħhom li jidħlu fil-ftehim ta' Pariġi. Dan huwa pass kbir 'il quddiem għall-isforz internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jiġi limitat it-tisħin globali. Madankollu, l-impenji attwali ta' tnaqqis magħmulin s'issa minn pajjiżi firmatarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu din il-mira ambizzjuża.

Aqra iktar

Għarfien ambjentali tal-futur

Il-profil tad-dejta ambjentali Ewropea nbidel b’mod konsiderevoli matul dawn l-aħħar erba’ deċennji. In-natura kumplessa tad-degradazzjoni ambjentali tappella għal analiżi iktar sistemika u dejta aktar relevanti biex jirfduha. Tul dawn l-aħħar snin, ix-xogħol ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qiegħed dejjem iżjed jinkludi analiżijiet sistemiċi. L-EEA ser tkompli tidentifika kwistjonijiet emerġenti u sejra tgħin tespandi l-għarfien ambjentali ta’ l-Ewropa.

Aqra iktar

Enerġija rinnovabbli: iċ-ċavetta għall-futur b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju fl-Ewropa

Il-futur jidher pożittiv għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli li dejjem iżjed qed ikollhom rwol importanti hekk kif l-Ewropa tipprova tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-karburanti fossili. Tkellimna dwar l-opportunitajiet u l-isfidi quddiemna għall-enerġija nadifa ma’ Mihai Tomescu, espert dwar l-enerġija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Aqra iktar

Nimxu lil hinn mill-ġestjoni ta’ l-iskart lejn ekonomija ekoloġika

L-użu tar-riżorsi attwali mhuwiex sostenibbli u qiegħed jitfa’ pressjoni fuq il-pjaneta tagħna. Għandna bżonn niffaċilitaw tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika ċirkulari billi nimxu lil hinn mill-politiki ta’ l-iskart u niffukaw fuq l-ekodisinn, l-innovazzjoni u l-investimenti. Ir-riċerka tista’ trawwem mhux biss innovazzjoni fil-produzzjoni, iżda mudelli ta’ negozju u mekkaniżmi ta’ finanzjament ukoll.

Aqra iktar

Il-ġestjoni sostenibbli hija l-qofol għal foresti b'saħħithom fl-Ewropa

Il-foresti fl-Ewropa jipprovduna b'servizzi essenzjali: arja nadifa, ilma nadif, ħażna tal-karbonju naturali, injam, ikel u prodotti oħra. Huma l-kenn ta' ħafna speċi u ħabitats. Tkellimna dwar l-isfidi li jaffaċċjaw il-foresti ta’ l-Ewropa ma' Annemarie Bastrup-Birk, esperta tal-foresti u l-ambjent fl-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ambjent.

Aqra iktar

Lejn sostenibbiltà globali

F'Awwissu ta' din is-sena, iktar minn 190 pajjiż laħqu kunsens dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti. U iktar tard dan ix-xahar, il-Kapijiet ta' Stat sejrin jadottaw din l-Aġenda flimkien ma'l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-miri tagħha fi New York. B'differenza mill-predeċessuri tagħhom, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) huma kemm għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll għall-pajjiżi żviluppati u jiffokaw fuq firxa usa ta' suġġetti dwar l-iżvilupp sostenibbli. Ħafna mis-17 il-SDG jinkludu elementi relatati ma' l-ambjent, ma' l-użu ta' riżorsi jew mat-tibdil fil-klima.

Aqra iktar

Tnaqqis fl-art u fil-ħamrija minħabba l-attivitajiet tal-bniedem

L-art u l-ħamrija huma essenzjali għas-sistemi naturali u għas-soċjetà umana, iżda l-attivitajiet tal-bniedem jheddu l-funzjonament tar-riżorsi globali tal-art, fosthom il-ħamrija. Għaliex qiegħed jiġri dan? X'qiegħda tagħmel l-Ewropa biex twaqqfu? L-2015 hija s-Sena Internazzjonali tal-Ħamrija, u għalhekk qegħdin nagħmlu dawn il-mistoqsijiet lil Geertrui Louwagie, maniġer tal-proġett għall-valutazzjonijiet u għar-rapportar dwar il-ħamrija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Aqra iktar

Infrastruttura ekoloġika: ngħixu aħjar permezz ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura

Infrastruttura ekoloġika toffri soluzzjonijiet attraenti għal kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u għalhekk trid tiġi kompletament integrata tul oqsma ta' politika differenti. Hekk kif l-EEA qiegħda tipprepara biex tippubblika rapport dwar ir-rwol tal-infrastruttura ekoloġika biex ittaffi l-impatti ta' perikli naturali relatati mat-tibdil fil-klima u fit-temp, tkellimna mal-awtur ewlieni tiegħu, Gorm Dige, il-maniġer tal-proġett għall-ambjent territorjali, il-politika u l-analiżi ekonomika.

Aqra iktar

Ilma fl-ibliet

Ilma fl-ibliet

18 Dec 2012

Bit-tkabbir fil-popolazzjoni, l-urbanizzazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, id-domanda għall-ilma ħelu f’żoni urbani qiegħda tiżdied fl-Ewropa. Fl-istess ħin, it-tibdil fil-klima u t-tniġġis qegħdin jaffettwaw ukoll id-disponibbiltà tal-ilma għal residenti tal-ibliet. Kif jistgħu l-ibliet fl-Ewropa jkomplu jipprovdu ilma ħelu nadif għar-residenti tagħhom?

Aqra iktar

Ilma għall-agrikoltura

L-ikel huwa bżonn u jeħtieġ li jkollna ilma ħelu, nadif, biex nipproduċu l-ikel tagħna. Bid-domanda dejjem tiżdied mill-attivitajiet tal-bniedem fuq naħa, u t-tibdil fil-klima fuq in-naħa l-oħra, ħafna reġjuni speċjalment fin-nofsinhar isibuha diffiċli biex isibu biżżejjed ilma ħelu għall-ħtiġijiet tagħhom. Kif nistgħu inkomplu nkabbru l-ikel mingħajr ma nħallu n-natura bil-għatx għall-ilma ħelu, nadif? Użu aktar effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura jkun ċertament ta’ għajnuna.

Aqra iktar

L-urban

L-urban

22 Mar 2010

Minn spazji urbani għal ekosistemi urbani

Aqra iktar

Il-baħar

Il-baħar

22 Mar 2010

Il-bijodiversità marina taħt pressjoni

Aqra iktar

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet