Article
Il-prevenzjoni hija kruċjali biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-iskart tal-plastik
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Dwar xhiex huwa r-rapport il-ġdid tal-EEA? Il-pajjiżi Ewropej qed jaħdmu biżżejjed biex jindirizzaw il-problema?
Ir-rapport tal-EEA "Preventing plastic waste in Europe" (Il-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa) analizza inizjattivi minn Pajjiżi Membri tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik. Aħna nippruvaw nfasslu u nanalizzaw it-tipi ta’ miżuri li ttieħdu biex inaqqsu l-ammont ta’ skart tal-plastik jew inaqqsu l-ammont ta’ sustanzi perikolużi fl-iskart tal-plastik. L-Istati Membri tal-UE jiddependu l-aktar fuq il-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart biex jistrutturaw l-isforzi tagħhom ta’ prevenzjoni tal-iskart tal-plastik. Iżda dawn jinkludu miżuri usa' u mhumiex neċċessarjament immirati speċifikament għall-plastik iżda, b’mod ġenerali, għall-imballaġġ. Madankollu, l-analiżi tagħna sabet li fejn jikkonċerna l-basktijiet tal-plastik, l-Istati Membri qiegħdin tassew jirsistu. Kienu attivi ħafna u kien hemm riżultati impressjonanti fit-tnaqqis tal-użu tagħhom.
Kemm hija kbira l-problema tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa?
Dan l-aħħar l-iskart tal-plastik, inkluż l-iskart mormi fil-baħar, irċieva ħafna attenzjoni. Iżda l-problema ewlenija tal-plastik hija ż-żieda fil-konsum tagħna, li inevitabbilment isir skart. Se naraw aktar u aktar skart jiġi ġġenerat mill-plastik fil-futur u jeħtieġ li nieħdu azzjoni f’dan ir-rigward. F’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni, naħseb li l-enfasi fuq l-iskart mill-imballaġġ hija korretta għax huwa l-akbar sehem ta’ prodotti tal-plastik li nikkunsmaw, segwit mill-plastik misjub fil-prodotti tal-elettronika u fil-kostruzzjoni. Problema oħra hija li għad m’għandniex miri konkreti biex nindirizzaw il-problema. Il-miri jistgħu jkunu ta’ motivazzjoni. Bħalissa qed nirriċiklaw madwar terz tal-iskart tal-plastik iġġenerat, xejra li qed tiżdied, għalkemm dan jinkludi esportazzjonijiet barra mill-UE. Dan ir-rapport tal-EEA ma jittrattax il-ġestjoni tal-iskart u l-esportazzjonijiet, għaliex dawn se jkunu is-suġġetti ta’ briefing ieħor tal-EEA li jmiss dwar l-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik. Madankollu, minħabba ż-żieda tal-konsum, il-prevenzjoni tal-iskart mill-plastik se jkollha rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-kwantitajiet ta’ skart li qed jiġi ġġenerat.
Ir-rapport jidentifika l-ippakkjar bil-plastik bħala problema kbira. X’hemm bżonn li jsir biex jitnaqqas u jiġi evitat skart ta’ dan it-tip?
Kif ngħidu fir-rapport, f’dak li għandu x’jaqsam mà prevenzjoni tal-iskart u b’mod speċifiku mà plastik, hemm ħafna x’isir biex noħorġu b’miżuri aktar immirati, bħal pereżempju, dawk li jindirizzaw l-aktar tipi ta’ plastik li jniġġsu, bħall-imballaġġ li jintuża darba. Żviluppi bħall-użu dejjem jikber ta’ xiri online żied l-imballaġġ, u qed naraw kif nistgħu nindirizzaw dan il-fluss akbar ta’ skart. Il-miżuri eżistenti huma fil-biċċa l-kbira ġeneriċi u mmirati lejn il-prodotti tal-plastik kollha. Il-miżuri huma wkoll ta’ natura mhux vinkolanti bħal ftehimiet informattivi jew volontarji. Huma meħtieġa miżuri aktar immirati u speċifiċi, bħal dawk deskritti fid-Direttiva l-ġdida dwar il-Plastik li Jintuża Darba. Barra minn hekk, il-pajjiżi jibbenefikaw jekk huma jiddiversifikaw il-miżuri tagħhom permezz tal-implimentazzjoni tipi oħra tà miżuri bħal strumenti bbażati fuq is-suq, skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur b’modulazzjoni tat-tariffi, eċċ.
X'qiegħda tagħmel l-UE f’dan il-qasam?
Il-Kummissjoni Ewropea u l-UE għandhom strateġija dwar il-plastik (adottata fl-2018) fis-seħħ u l-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE reċentement iffinalizzaw u adottaw id-Direttiva dwar il-Plastik li Jintuża Darba. Dawn iż-żewġ eżempji reċenti ta’ sforzi mill-Kummissjoni għadhom ma ġewx riflessi fl-immappjar tar-rapport tagħna dwar miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-iskart. Iżda t-traspożizzjoni tad-Direttiva u l-ispirazzjoni mill-istrateġija dwar il-plastik huma t-tnejn mistennija li jkollhom impatt fuq il-miżuri nazzjonali mmirati lejn il-prevenzjoni tal-iskart mill-plastik fil-futur qrib.
X’inhu r-rwol tal-EEA fil-prevenzjoni tal-iskart mill-plastik?
L-EEA ppubblikat sensiela ta’ rapporti dwar il-prevenzjoni tal-iskart mill-2013; dan huwa l-aħħar rapport fis-sensiela. Dan ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni attwali u joffri xi perspettivi futuri. Fl-EEA nistgħu noffru l-opinjoni tagħna dwar direzzjonijiet possibbli ta’ politika, nistgħu nipprovdu wkoll informazzjoni utli dwar l-aħjar prattika. Aħna nippruvaw l-aktar nimmappjaw is-sitwazzjoni fil-pajjiżi tal-EEA u noħorġu b’xi għażliet għal titjib. L-EEA għandha mandat li timmonitorja l-progress tal-prevenzjoni tal-iskart u l-evoluzzjoni lejn sitwazzjoni fejn il-ġenerazzjoni tal-iskart ma tibqax marbuta mat-tkabbir ekonomiku. Minn issa ’l quddiem, skont il-leġiżlazzjoni emendata, sejrin nippubblikaw rapporti kull sentejn dwar il-prevenzjoni tal-iskart, dwar suġġett differenti kull darba, waqt li nżommu dejjem f’moħħna l-monitoraġġ tal-progress u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-UE. Sejrin nippubblikaw ir-rapport li jmiss fl-2021. L-EEA tipproduċi wkoll skedi informattivi, li jidentifikaw l-implimentazzjoni fil-livell tal-pajjiż u bħalissa qed jiġu aġġornati.
Ioannis Bakas
Espert tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart
L-intervista ppubblikata fil-ħarġa ta’ Ġunju 2019 tal-Bullettin tal-EEA ta’ 02/2019
Permalinks
- Permalink to this version
- 4bedd127b87944d6b57b5be060a114f8
- Permalink to latest version
- AF3X0KSV4B
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/articles/il-prevenzjoni-hija-krucjali-biex or scan the QR code.
PDF generated on 25 Jun 2022, 05:25 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn