Effiċjenza tar-riżorsi u l-iskart
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-problemi ambjentali globali li qed naffaċċjaw illum fil-parti l-kbira huma r-riżultat ta’ l-isfruttament żejjed tar-riżorsi naturali min-naħa tal-bniedem, inklużi l-karburanti (fossili), il-minerali, l-ilma, l-art u l-bijodiversità. Qed isir dejjem aktar ċar li l-mudell prevalenti ta’ l-iżvilupp ekonomiku ta’ l-Ewropa – ibbażat fuq l-użu għoli ta’ riżorsi, il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart u t-tniġġis – ma jistax jiġi sostnut fuq perjodu twil. Illum, l-Unjoni Ewropea (UE) tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet u għandna bżonn id-doppju ta’ l-erja ta’ l-art totali ta’ l-UE biex jintlaħqu t-talbiet tagħna għar-riżorsi. Ħafna mir-riżorsi jintużaw biss għal perjodu qasir ta’ żmien, jew jintilfu mill-ekonomija billi jintremew f’miżbla jew jiġu ‘downcycled’ (li jinvolvi tnaqqis fil-kwalità waqt operazzjonijiet ta’ rkupru). More
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
Lil hinn minn Pariġi: l-implimentazzjoni ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju
Article 14 Nov 2016F'Diċembru li għadda f'Pariġi, id-dinja stabbilixxiet għaliha nfisha mira ambizzjuża: li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2 gradi, filwaqt li timmira li tillimita ż-żieda għal 1.5 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali. Fis-summit tal-G20 aktar kmieni dan ix-xahar, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ħabbru l-impenn formali tagħhom li jidħlu fil-ftehim ta' Pariġi. Dan huwa pass kbir 'il quddiem għall-isforz internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jiġi limitat it-tisħin globali. Madankollu, l-impenji attwali ta' tnaqqis magħmulin s'issa minn pajjiżi firmatarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu din il-mira ambizzjuża.
Enerġija rinnovabbli: iċ-ċavetta għall-futur b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju fl-Ewropa
Article 11 Aug 2016Il-futur jidher pożittiv għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli li dejjem iżjed qed ikollhom rwol importanti hekk kif l-Ewropa tipprova tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-karburanti fossili. Tkellimna dwar l-opportunitajiet u l-isfidi quddiemna għall-enerġija nadifa ma’ Mihai Tomescu, espert dwar l-enerġija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tippubblika Signals kull sena, u fih tagħti ħarsa lejn il-kwistjonijiet ta’ interess għad-dibattitu ambjentali u għall-pubbliku fis-sena li jmiss. Signals 2012 jgħaqqad flimkien il-kwistjonijiet ambjentali bħas-sostenibbiltà, l-ekonomija ekoloġika, l-ilma, l-iskart, l-ikel, il-governanza u l-qsim tal-għarfien. Huwa mħejji fil-kuntest tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli — Rio 2012. Signals ta’ din is-sena se jagħtik idea dwar kif il-konsumaturi, in-negozji u dawk li jfasslu l-politiki li huma kapaċi jħarsu ‘l quddiem, jistgħu jagħmlu d-differenza billi jgħaqqdu għodod teknoloġiċi ġodda — minn osservazzjonijiet satellitari sa pjattaformi online. Jissuġġerixxi wkoll soluzzjonijiet kreattivi u effettivi għall-preservazzjoni tal-ambjent.
