Strumenti politiċi
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-politiki għandhom rwol ewlieni sabiex jiddeterminaw u jtejbu l-qagħda tal-ambjent tagħna. Il-politiki ambjentali Ewropej żviluppaw ħafna minn mindu ġie deċiż l-ewwel Programm ta’ Azzjoni Ambjentali fl-1973. Minn dak iż-żmien ’l hawn, ġew adottati bosta mijiet ta’ atti legali li jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali. L-evalwazzjoni tal-politika ambjentali tgħin sabiex jiġu identifikati kif u liema politiki jaħdmu; u x’tista’ tkun il-kontribuzzjoni tagħhom biex “ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”. More
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
Għall-maġġoranza tan-nies, l-idea ta' ekonomija ċirkolari tibqa' kunċett astratt jekk mhux wieħed imbiegħed. Waqt li "going green" (insiru ekoloġiċi), hija tema popolari li qiegħda tikber madwar id-dinja, ħafna nies għadhom mhumiex konxji tal-bidliet akbar li ser ikollhom isiru sabiex jiġi żgurat futur sostenibbli, u jiġi aċċertat il-benesseri tagħna fuq perjodu ta' żmien twil.
Illum aktar minn qatt qabel, jeżistu siti tal-għawm Ewropej bi standard ta' kwalità tal-ilma eċċellenti
News 23 May 2017Skont ir-rapport annwali dwar il-kwalità tal-ilma tal-għawm li ġie ppubblikat illum, aktar minn 85 fil-mija tas-siti tal-għawm li ġew issorveljati fl-Ewropa fl-2016 laħqu l-iktar standards stretti, bi kwalità tal-ilma “eċċellenti” - dan ifisser li kienu kważi kompletament ħielsa minn sustanzi niġġiesa li jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Aktar minn 96 fil-mija tas-siti tal-għawm laħqu r-rekwiżiti minimi tal-kwalità stipulati fir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Il-profil tad-dejta ambjentali Ewropea nbidel b’mod konsiderevoli matul dawn l-aħħar erba’ deċennji. In-natura kumplessa tad-degradazzjoni ambjentali tappella għal analiżi iktar sistemika u dejta aktar relevanti biex jirfduha. Tul dawn l-aħħar snin, ix-xogħol ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qiegħed dejjem iżjed jinkludi analiżijiet sistemiċi. L-EEA ser tkompli tidentifika kwistjonijiet emerġenti u sejra tgħin tespandi l-għarfien ambjentali ta’ l-Ewropa.
It-titjib tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa: L-edizzjoni ta’ din is-sena tipprova tispjega l-istat preżenti tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa, kif jiġu ffurmati s-sustanzi li jniġġsu l-arja, minn fejn jiġu, u kif jeffettwaw lil saħħitna u l-ambjent. Tagħti wkoll ħarsa ġenerali lejn il-mod li bih nibnu l-għarfien tagħna dwar l-arja, u kif nittrattaw it-tniġġis tal-arja permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ politiki u miżuri.
