All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Min-newtralità karbonika għall-ekonomija ċirkolari, arja aktar nadifa għal trasport aktar nadif, l-Ewropa stabbiliet objettivi ambjentali u klimatiċi ambizzjużi. Il-bliet, fejn jgħixu l-maġġoranza kbira tal-Ewropej, jeħtieġ li jiżvolġu rwol deċiżiv fil-kisba tal-miri tas-sostenibbiltà tal-Ewropa. Il-mistoqsija hi: kif jistgħu l-bliet isiru sostenibbli?
Minbarra li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-ambjent u l-klima tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qed taħdem biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha stess bħala organizzazzjoni. Intervistajna lil Melanie Sporer, li tikkoordina dawn l-isforzi fl-EEA, permezz tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE.
Minn kurituri ta’ politika għal pjattaformi akkademiċi, id-dinja qed titkellem dwar kriżijiet globali: kriżi tas-saħħa, kriżi ekonomika u finanzjarja, kriżi klimatika u kriżi tan-natura. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma kollha s-sintomi tal-istess problema: il-produzzjoni u l-konsum mhux sostenibbli tagħna. L-impatt tal-COVID-19 żvela biss il-fraġilità sistemika tal-ekonomija u tas-soċjetà globali tagħna bl-inugwaljanzi kollha tagħhom.
Wara sena ngħixu bil-COVID-19 u l-impatti tiegħu, l-Ewropa qed tkompli tressaq pakketti ta’ politika għall-għanijiet ambizzjużi tagħha deskritti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa essenzjali li l-Ewropa tibqa’ fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha u tiżgura li l-Ewropa tal-2050 tkun soċjetà reżiljenti mibnija fuq is-solidarjetà, li tipprovdi ambjent tajjeb għas-saħħa għalina lkoll.
It-tniġġis tal-arja, it-tniġġis akustiku u l-impatti tat-tibdil fil-klima huma riskji ewlenin għas-saħħa u l-benesseri ta’ kuljum tal-Ewropej. Tkellimna ma’ Catherine Ganzleben, il-kap tal-grupp, it-tniġġis tal-arja, l-ambjent u s-saħħa, Alberto González, l-espert tal-kwalità tal-arja tal-EEA, u Eulalia Peris, l-espert tat-tniġġis akustiku tal-EEA biex insiru nafu aktar dwar x’qed tagħmel l-EEA biex ittejjeb l-għarfien f’dan il-qasam importanti ta’ xogħol.
L-Istrateġija konġunta tagħna tindika d-direzzjoni tal-pjan tagħna. Din tintroduċi mod ġdid ta’ kif naħdmu flimkien u noħolqu l-għarfien — aktar aġli, aktar reattiv, aktar proattiv, aktar azzjonabbli — li jixraq għall-isfidi li se niffaċċjaw u l-għarfien li se jkollna bżonn fid-deċennju li ġej.
Il-pandemija tal-COVID-19 tipprovdi eżempju ċar ta’ kemm is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jistgħu jkunu fraġli quddiem xokk kbir. Id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima huma mistennija li jagħmlu tali xokkijiet aktar frekwenti u aktar severi. Quddiem l-inċertezza u l-isfidi multipli, l-unika għażla vijabbli tagħna hija li niżguraw li kull deċiżjoni li nieħdu f’dan il-perjodu kritiku tqarribna lejn l-għanijiet soċjali u ta’ sostenibbiltà tagħna.
Nafu li t-tniġġis tal-plastik u l-iskart tal-plastik huma problema ambjentali kbira. F’dawn l-aħħar snin, ġew introdotti fis-suq prodotti ġodda tal-plastik li jiddikjaraw li huma aħjar għall-ambjent. Briefing tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li ġie ppubblikat riċentament jivvaluta l-kredenzjali ambjentali tagħhom. Biex insiru nafu aktar, poġġejna bilqiegħda ma’ Almut Reichel, espert dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-iskart fl-EEA.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) reċentement ippubblikat rapport dwar il-“motivaturi tal-bidla” li għandhom impatt fuq il-prospettivi tal-Ewropa għall-ambjent u s-sostenibbiltà. Intervistajna lill-maniġer tal-proġett tar-rapport, Lorenzo Benini, li jaħdem fl-EEA bħala espert dwar il-valutazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistemi.
Kif nistgħu nibnu dinja aktar sostenibbli u reżiljenti wara l-kriżi tal-coronavirus? F’dan il-perjodu kritiku fejn sejrin jittieħdu deċiżjonijiet ta’ rkupru kruċjali li se jsawru l-futur tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se ġġib flimkien l-għarfien relatat mal-corona u mal-ambjent u tikkontribwixxi għal dibattitu informat.
It-tniġġis akustiku huwa problema li qed tikber madwar l-Ewropa u problema li ħafna nies mhumiex konxji tal-impatti li għandha fuq saħħithom. Poġġejna bilqiegħda ma’ Eulalia Peris, l-espert dwar il-ħsejjes ambjentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, biex niddiskutu s-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-EEA ‘Environmental noise in Europe - 2020’ (Ħsejjes ambjentali fl-Ewropa - 2020), li ġie ppubblikat aktar kmieni dan ix-xahar.
Il-pajjiżi Ewropej qed jieħdu miżuri drastiċi biex jillimitaw l-impatti ta’ Covid-19 fuq is-saħħa tal-Ewropej u fuq l-ekonomija. Kriżi bħal din għandha t-tendenza li jkollha impatti immedjati u severi fuq popolazzjonijiet sħaħ u fuq l-ekonomija. Meta wieħed iqis il-potenzjal tagħha li taffettwa setturi ekonomiċi ewlenin, il-kriżi tal-coronavirus hija mistennija li tnaqqas xi wħud mill-impatti tal-attivitajiet ekonomiċi fuq l-ambjent u fuq il-klima. Madankollu, xokkijiet kbar u għall-għarrieda b’kost estremament għoli għas-soċjetà mhumiex il-mod kif l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tittrasforma l-ekonomija tagħha u tikseb newtralità klimatika sal-2050. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima li ġiet proposta reċentament jappellaw minflok li jkun hemm tnaqqis irreversibbli u gradwali fl-emissjonijiet, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta, u jiġu appoġġati dawk affettwati.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ippubblikat ir-rapport tagħha “L-ambjent Ewropew — l-istat u l-prospetti 2020 (SOER 2020)”. Dan ir-rapport ikkonkluda li l-Ewropa mhijiex ser tilħaq il-miri tagħha għall-2030 mingħajr ma tieħu azzjoni urġenti matul l-10 snin li ġejjin biex tindirizza r-rata allarmanti ta’ telf tal-bijodiversità, iż-żieda fl-impatti tat-tibdil fil-klima u l-konsum eċċessiv tar-riżorsi naturali. Dan offra wkoll xi soluzzjonijiet ewlenin, li għandhom jgħinu biex l-Ewropa titpoġġa lura fit-triq it-tajba biex tkun tista’ tilħaq dawk il-miri. Aħna poġġejna bil-qiegħda ma’ Tobias Lung, l-espert tal-EEA fil-koordinazzjoni u l-valutazzjoni ta’ SOER, biex niddiskutu r-rwol ta’ SOER 2020.
Is-sena 2019 se tibqa’ mfakkra bħala l-punt ta’ żvolta ġdida fir-rigward tal-azzjoni dwar il-klima u l-ambjent fl-Ewropa. Miljuni ta’ Ewropej u nies oħrajn fid-dinja kollha ilhom jipparteċipaw f’dimostrazzjonijiet u jħeġġu lil dawk li jfasslu l-politika biex jieħdu azzjoni. Valutazzjonijiet xjentifiċi bbażati fuq l-evidenza, inkluż ir-rapport dwar l-istat tal-ambjent tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (SOER 2020), enfasizzaw il-kobor tal-isfidi li għandna quddiemna u l-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni. Dawn is-sejħiet issa qed jinbidlu fi pjan direzzjonali ta’ politika. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea huwa bidu promettenti għall-għaxar snin kritiċi li ġejjin.
Ursula von der Leyen, President elett tal-Kummissjoni Ewropea, stabbilixxiet il-prijoritajiet politiċi tat-tim tagħha għall-ħames snin li ġejjin. Patt Ekoloġiku Ewropew, li jiddeskrivi azzjoni aktar ambizzjuża dwar il-kriżijiet tal-klima u tal-bijodiversità, jinsab fil-qalba tal-aġenda tagħha. Il-politiki Ewropej ilhom jindirizzaw id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima b’xi ftit suċċess u b'xi nuqqasijiet. Bl-appoġġ ta’ sejħiet mill-pubbliku dejjem jikbru għal azzjoni, dan it-terminu ta’ politika ġdida — bil-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament il-ġodda — jipprovdi opportunità unika biex tiżdied u titħaffef tranżizzjoni ekoloġika u ġusta għall-Ewropa.
Il-mewġ tas-sħana u l-avvenimenti estremi tat-temp tas-sajf li għadda kisru rekords ġodda tal-klima fl-Ewropa li għal darb’oħra jsaħħu l-importanza tal-adattament għat-tibdil fil-klima. Poġġejna flimkien ma’ Blaz Kurnik, espert dwar l-impatti u l-adattament għat-tibdil fil-klima fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) biex niddiskutu r-rapport il-ġdid tal-EEA li ħareġ aktar kmieni dan ix-xahar dwar kif it-tibdil fil-klima qed ikollu impatt fuq l-agrikoltura fl-Ewropa.
Kif se jkun l-ambjent fl-Ewropa fi żmien 25 sena? Se jirnexxilna niksbu l-viżjoni komuni tagħna li ‘ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna’? Se jirnexxilna nillimitaw it-tisħin globali u nibnu bliet reżiljenti għat-tibdil fil-klima mdawwra b’natura b’saħħitha? L-Ewropej qed jitħassbu dejjem aktar dwar dan, kif juru l-elezzjonijiet riċenti tal-Parlament Ewropew. Il-ġenerazzjoni li jmiss tal-Ewropa qed tappella wkoll għal azzjoni urġenti, iżda, it-talbiet tagħhom għal ġejjieni sostenibbli, kif se jifformaw l-politiki ambjentali u soċjoekonomiċi tal-Ewropa? Fil-25 anniversarju tagħna, qed nirriflettu dwar kif il-politika u l-għarfien ambjentali tal-Ewropa żviluppaw f’dawn l-aħħar 25 sena u kif aħna, l-EEA, flimkien man-netwerks tagħha, nistgħu nappoġġaw l-isforzi lejn is-sostenibbiltà fil-25 sena li jmiss.
L-iskart tal-plastik jibqa’ problema enormi li qiegħda dejjem tikber . X’inhi tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tindirizza din il-problema? Ioannis Bakas, l-espert tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart, jagħti ħarsa ġenerali qasira lejn ir-rapport tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa, li ġie ppubblikat aktar kmieni dan ix-xahar.
Hemm bżonn tittieħed azzjoni mmirata sabiex tipproteġi aħjar l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli tal-Ewropa, inkluż il-foqra, l-anzjani u t-tfal, minn perikli ambjentali bħat-tniġġis tal-arja u tniġġis akustiku u temperaturi estremi. Aleksandra Kazmierczak, esperta tal-adattament għat-tibdil fil-klima tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), tispjega s-sejbiet ewlenin ta’ rapport ġdid tal-EEA li jevalwa r-rabtiet bejn l-inugwaljanzi soċjali u demografiċi u l-esponiment għat-tniġġis tal-arja, tniġġis akustiku u temperaturi estremi.
Il-pjaneta tagħna qiegħda tiffaċċja sfidi bla preċedent għall-ambjent u l-klima tagħha, li flimkien qegħdin jheddu l-benesseri tagħna. Madankollu, mhuwiex tard wisq biex tittieħed azzjoni deċiżiva. Dan il-kompitu jista’ jidher pjuttost diffiċli imma għad għandna l-possibbiltà li nreġġgħu lura wħud mit-tendenzi negattivi, nadattaw biex innaqqsu l-ħsara, nirrestawraw ekosistemi kruċjali u nsaħħu il-ħarsien ta’ dak li għad għandna. Biex tinkiseb sostenibbiltà fit-tul, irridu nħarsu lejn l-ambjent, il-klima, l-ekonomija u s-soċjetà bħala partijiet inseparabbli tal-istess entità.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/articles/all-articles or scan the QR code.
PDF generated on 08 Dec 2024, 04:44 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn