Avviż tal-Protezzjoni tad-Data
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-EEA hija regolata mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000.
Hawnhekk nipprovdulek xi informazzjoni ġenerali. Informazzjoni speċifika dwar l-ipproċessar assoċjat ma’ dan is-sit web tinsab fir-Reġistru tagħna.
Is-sit web tal-EEA hija l-għodda ta’ komunikazzjoni l-aktar importanti tagħna. Hawnhekk nikkomunikaw ix-xogħol tagħna bħad-data u l-mapep tagħna, l-indikaturi u l-pubblikazzjonijiet tagħna dwar l-ambjent tal-Ewropa għall-pubbliku ġenerali kif ukoll l-udjenzi l-aktar esperti tagħna.
Uħud mis-servizzi offruti fuq is-sit web tagħna jeħtieġu l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. F'dawn il-każijiet, fuq dawk il-paġni, hemm links disponibbli li jidderiġuk lejn l-informazzjoni speċifika dwar l-ipproċessar li tinsab fl-avviżi relevanti tal-protezzjoni tad-data fir-Reġistru tagħna.
Hawnhekk nagħtuk stampa ġenerali ta’ wħud mill-modi kif dan is-sit web jipproċessa d-data personali tiegħek inkluż l-użu tal-cookies u l-midja soċjali.
Id-data personali tiegħek u s-sit web tagħna
- L-EEA tiġbor l-informazzjoni personali tiegħek sal-limitu meħtieġ biss biex tissodisfa skop preċiż relatat mal-kompiti tagħna bħala aġenzija tal-Unjoni Ewropea (li huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 401/2009);
- Ma nagħmlux użu mill-ġdid tal-informazzjoni għal xi skop ieħor li jkun differenti minn dak iddikjarat;
- Nimplimentaw miżuri biex niggarantixxu li d-data tiegħek tinżamm aġġornata u tġi pproċessata b'mod sigur;
- Taħt ċerti kundizzjonijiet deskritti fil-liġi, nistgħu niżvelaw l-informazzjoni tiegħek lil partijiet terzi (bħall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, il-Qorti tal-Awdituri jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi) jekk ikun meħtieġ u proporzjonat għal skopijiet legali u speċifiċi;
- Aħna qatt ma aħna se niżvelaw id-data personali tiegħek għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta;
- Inti għandek id-dritt li taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek, biex tikkoreġiha u d-dritt li tirrikorri għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (https://edps.europa.eu) f'kull ħin jekk temmen li d-drittijiet tiegħek dwar il-protezzjoni tad-data nkisru;
- Aħna ma nżommux l-informazzjoni personali tiegħek għal aktar żmien milli meħtieġ għall-għanijiet li għalihom inkunu ġbarniha;
- Madankollu, nistgħu nżommu l-informazzjoni tiegħek għal perjodu itwal għal skopijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi bis-salvagwardji xierqa fis-seħħ.
Id-drittijiet tiegħek meta nipproċessaw id-data personali tiegħek
Meta l-informazzjoni personali tiegħek tiġi pproċessata mill-EEA, għandek id-dritt li tkun taf dwar dan.
Inti għandek id-dritt li taċċessa l-informazzjoni u li tara li din tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien jekk ma tkunx eżatta jew jekk ma tkunx kompluta.
Tista’ titlob li din tiġi mblukkata taħt ċerti ċirkostanzi.
Tista’ wkoll toġġezzjona għall-fatt li din tiġi pproċessata jekk taħseb li l-ipproċessar huwa inġust u illegali u tista' titlob li din titħassar.
Tista’ titlob li kwalunwke waħda mill-bidliet ta' hawn fuq tiġi kkomunikata lil partijiet oħrajn li lilhom tkun ġiet żvelata d-data tiegħek.
Int għandek ukoll id-dritt li ma tkunx soġġett għal deċiżjonijiet awtomatizzati (magħmula biss minn magni) li jaffettwawk, kif definit mil-liġi.
Dawn id-drittijiet huma deskritti fl-Artikoli 13 sa 19 ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tad-data.
Tista’ wkoll taqra l-gwida tagħna "Data Protection at a glance" (Il-protezzjoni tad-data f'daqqa t'għajn) għal aktar informazzjoni.
Kif teżerċita d-drittijiet tiegħek għall-protezzjoni tad-data fl-EEA
- Jekk l-EEA tkun qed tipproċessa d-data personali tiegħek u tixtieq teżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek, jekk jogħġbok ibgħatilna talba bil-miktub.
- Tista’ tibgħat it-talba tiegħek lill-EEA bil-posta f'envelopp issiġillat jew tuża l-formola tal-applikazzjoni tagħna[1].
- It-talba tiegħek għandu jkun fiha deskrizzjoni dettaljata tad-data li tixtieq ikollok aċċess għaliha.
- Int għandek tipprovdi kopja ta’ dokument ta' identifikazzjoni biex tikkonferma l-identità tiegħek, pereżempju passaport, karta tal-identità jew liċenzja tas-sewqan. Id-dokument għandu jkun fih numru ta’ identifikazzjoni, pajjiż ta' ħruġ, perjodu ta’ validità u l-isem sħiħ tiegħek.
- Kwalunkwe data oħra li tinsab fil-kopja tad-dokument ta’ identifikazzjoni (eż. ritratt, karatteristiċi personali, data u post tat-twelid, indirizz) ma tiġix ipproċessata u għalhekk tista' titgħatta.
- L-użu tagħna tal-informazzjoni li tinsab fil-kopja tad-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħek huwa strettament limitat: id-data tintuża biss biex tivverifika l-identità tiegħek.
- Id-dokument jinħażen għal perjodu massimu ta’ tliet xhur mid-data tal-wasla tat-talba tiegħek.
Politika dwar il-cookies/Informazzjoni dwar l-użu tas-sit
X'inhuma l-cookies?
Il-cookies huma fajls testwali qosra maħżuna fuq apparat ta' utent (bħal kompjuter, tablet jew telefown) minn sit web.
Il-cookies jintużaw għall-funzjonament tekniku ta’ sit web jew għall-ġbir ta' statistika.
Il-cookies normalment jintużaw ukoll biex jipprovdu esperjenza aktar personalizzata għal utent pereżempju, meta servizz onlajn jiftakar il-profil tal-utent tiegħek mingħajr ma jkollok bżonn tagħmel login.
Meta żżur is-sit web tagħna, aħna nistgħu niġbru xi data dwar l-esperjenza tiegħek ta’ browsing bħall-indirizz IP tiegħek, il-paġna tal-EEA li żort, meta żortha, u l-paġna tas-sit web li minnha inti ġejt ridirett.
Din l-informazzjoni tintuża biex tinġabar statistika aggregata u anonima bil-għan li jittejbu s-servizzi tagħna u biex tittejjeb l-esperjenza tal-utent tiegħek.
Kif nużaw il-cookies?
Aħna nużaw il-cookies ta’ sessjoni u cookies persistenti biex nirriflettu l-għażla tal-utent għall-kunsens tal-cookie.
Cookie ta’ sessjoni (magħrufa wkoll bħala in-memory cookie (cookie fil-memorja) jew transient cookie (cookie temporanja)) teżisti biss fil-memorja temporanja tal-browser waqt li l-utent jinnaviga s-sit web. Il-browsers tal-web normalment iħassru l-cookies tas-sessjoni meta l-utent jagħlaq il-browser. Il-cookies ta’ sessjoni huma ssejvjati temporanjament fil-browser tal-utent u l-uniku għan tagħhom huwa li jirriflettu l-għażla tal-utent li ma jħallix cookies persistenti.
F'każ li tippermetti dan, is-sit web tuża wkoll cookies persistenti biex tissejvja l-preferenza tal-utent, u terġa' tużaha matul iż-żjarat li jmiss. Cookie ta’ applikazzjoni, li fiha t-tweġiba pożittiva tal-utent għall-użu tal-cookies, tinħażen fil-browser tal-utent għal perjodu ta' 11-il xahar. Wara li jiskadi dan il-perjodu, l-utent għandu jiġi propost jagħti mill-ġdid il-kunsens tiegħu/tagħha.
Biex tirċievi statistika, l-EEA qed tiddependi fuq Google Analytics, servizz ta’ analitika tal-web ipprovdut minn Google, Inc. ("Google"). Google Analytics juża cookies, biex jgħin lit-tim tal-web tal-EEA janalizza kif l-utenti jużaw is-sit. L-informazzjoni ġġenerata mill-cookie dwar l-użu tiegħek tas-sit web tiġi trażmessa lil u maħżuna minn Google fuq is-servers tiegħu. Biex jipproteġi l-privatezza tiegħek, Analytics ineħħi l-aħħar parti tal-indirizz IP tiegħek qabel l-użu u l-ħażna tiegħu. Google se juża informazzjoni mill-cookies għall-iskop li jevalwa l-użu tiegħek tas-sit web, jikkompila rapporti dwar l-attività tas-sit web għall-operaturi tas-siti web u jipprovdi servizzi oħrajn relatati mal-attività tas-sit web u mal-użu tal-internet. Google jista’ wkoll jittrasferixxi din l-informazzjoni lil partijiet terzi fejn ikun meħtieġ jagħmel dan bil-liġi, jew fejn dawk il-partijiet terzi jipproċessaw l-informazzjoni f'isem Google. Google mhux se jassoċja l-indirizz IP tiegħek ma’ kwalunkwe data oħra miżmuma minn Google. Tista’ tirrifjuta l-użu tal-cookies billi tagħżel is-settings xierqa fuq il-browser tiegħek, madankollu, jekk jogħġbok, innota li jekk tagħmel dan tista' ma tkunx tista’ tuża l-funzjonalità sħiħa ta' dan is-sit. Billi taċċetta l-cookies meta tinnaviga dan is-sit web, inti tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar ta’ data dwarek minn Google bil-mod u għall-finijiet stabbiliti hawn fuq.
Kif tikkontrolla l-cookies?
Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq - għal dettalji ara aboutcookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà qegħdin fuq il-kompjuter tiegħek u tista' tissettja l-maġġoranza tal-browsers b'tali mod li jimpedixxu milli dawn jitpoġġew. Jekk tagħmel dan, madankollu, jista’ jkollok taġġusta xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.
Midja Soċjali
Aħna nużaw il-midja soċjali biex nippreżentaw ix-xogħol tagħna permezz ta’ kanali użati b'mod komuni u kontemporanji.
Il-kanali uffiċjali tal-midja soċjali tagħna huma elenkati f'dan is-sit web.
Pereżempju, tista’ tara vidjows tal-EEA, li aħna ntellgħu fuq il-paġna ta' YouTube tagħna u ssegwi links mis-sit web tagħna għal Twitter u LinkedIn.
Il-cookies mhumiex issettjati mill-wiri tagħna ta’ buttuni tal-midja soċjali biex jikkonnettjaw ma’ dawk is-servizzi meta l-paġni tas-sit web tagħna jillowdjaw fuq il-kompjuter tiegħek (jew apparat ieħor) jew minn komponenti minn dawk is-servizzi inkorporati fil-paġni web tagħna.
Kull kanal tal-midja soċjali għandu l-politika tiegħu stess dwar il-mod kif jipproċessaw id-data personali tiegħek meta jaċċessaw is-siti tagħhom. Pereżempju, jekk tagħżel li tara wieħed mill-vidjows tagħna fuq YouTube, int ser tintalab għal kunsens espliċitu biex taċċetta l-cookies ta' YouTube; jekk tħares lejn l-attività ta' Twitter tagħna fuq Twitter, inti tintalab għal kunsens espliċitu biex taċċetta cookies ta' Twitter; l-istess japplika għal LinkedIn.
Jekk għandek xi tħassib jew mistoqsijiet dwar l-użu tagħhom tad-data personali tiegħek, għandek taqra bir-reqqa l-politiki tal-privatezza tagħhom qabel ma tużahom.
[1]Niżżel il-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI “EŻERĊITAR TAD-DRITTIJIET TA' SUĠĠETT TAD-DATA SKONT IR-REGOLAMENT (KE) Nru 45/2001”
Permalinks
- Permalink to this version
- f740add7703ad119e4c14f4ca2884fd2
- Permalink to latest version
- ATBX63WPY8
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/legal/privacy/privacy-en or scan the QR code.
PDF generated on 30 Jan 2023, 01:51 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn