All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
L-għan ewlieni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) huwa li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex jinkiseb titjib sinjifikanti u notevoli fl-ambjent ta' l-Ewropa permezz ta' l-għoti ta' informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lill-aġenti li jfasslu l-politika u lill-pubbliku.
L-EEA tiġbor u tqassam id-dejta u l-informazzjoni permezz tan-Netwerk Ewropew ta' l-Informazzjoni u l-Osservazzjoni ta' l-Ambjent (Eionet). Eionet huwa netwerk kollaborattiv ta' l-EEA u tat-32 pajjiż membru fiha, li jgħaqqad flimkien il-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs) fl-UE u l-pajjiżi li jikkollaboraw, iċ-Ċentri Tematiċi Ewropej (ETCs), iċ-Ċentri ta' Referenza Nazzjonali (NRCs) u l-esperti tal-Kummissjoni.
Il-ħidma ta' l-EEA tinkludi l-ġbir u l-analiżi ta' dejta ambjentali maqsuma mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, il-pajjiżi membri fl-EEA, organizzazzjonijiet internazzjonali, konvenzjonijiet u ftehimiet, l-għoti ta' konsulenza rilevanti mal-politika u li din l-informazzjoni ssir disponibbli b'mod wiesa'.
L-EEA torganizza din is-sejħa (EEA/SC/2008/001-014) biex taħtar disa' membri tal-Kumitat Xjentifiku b'kompetenzi f'oqsma definiti taħt il-kompetenzi tas-sejħa.
Il-Kumitat Xjentifiku (SC) jassisti lill-Bord ta' Tmexxija ta' l-EEA u lid-Direttur Eżekuttiv fil-forniment ta' rakkomandazzjonijiet/pariri xjentifiċi u fit-twassil ta' opinjoni professjonali fuq kwalunkwe kwistjoni xjentifika fl-oqsma tal-ħidma mwettqa mill-EEA.
Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-EEA twaqqaf fuq il-bażi ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew u n-network ta' l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent Ewropew (Eionet). Il-kompiti maġġuri tal-Kumitat Xjentifiku jkopru t-twassil ta' l-opinjonijiet fuq il-programmi ta' ħidma annwali u multiannwali ta' l-Aġenzija, fuq ir-reklutaġġ ta' persunal xjentifiku, u fuq kwalunkwe kwistjoni xjentifika fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' l-EEA.
Dawn ta' hawn taħt huma rikonoxxuti bħala oqsma ta' importanza li għandhom jiġu koperti mill-Kumitat Xjentifiku ta' l-EEA:
Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-EEA huwa magħmul minn xjenzjati indipendenti mit-32 pajjiż membru ta' l-EEA, li jkopru s-setturi ambjentali rilevanti kollha għall-oqsma ta' attività ta' l-Aġenzija. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku jiġu identifikati permezz ta' proċess ta' għażla miftuħa.
Il-Presidenti u ż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Xjentifiku jiġu eletti minn fost il-membri tal-Kumitat stess.
Il-Kumitat Xjentifiku ma għandux ikun magħmul minn numru ta' membri ogħla minn għoxrin.
Huwa preferibbli li l-esperti fi ħdan il-Kumitat ikollhom għarfien qawwi f'qasam ambjentali ta' qasam ambientali wieħed jew aktar, flimkien mal-qasam primarju ta' kompetenza tagħhom b'tali mod li li l-Kumitat kollu jkun jista' jkopri l-ogħla numru ta' dixxiplini possibbli.
Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku huma mistennija li jattendu regolarment għal-laqgħat tal-Kumitat Xjentifiku, mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Il-laqgħat tal-Kumitat Xjentifiku normalment għandhom isiru fis-sede ta' l-EEA f'Kopenħagen.
Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku ma jirċievu ebda rimunerazzjoni, iżda għandhom dritt għal indennità għal kull laqgħa li ddum ġurnata sħiħa. Barra minn dan, huma previsti r-rimbors ta' l-ispejjeż tal-vjaġġ u l-ħlas ta' benefiċċju ta' sussistenza skond il-politika ta' l-Aġenzija dwar l-ispejjeż tal-vjaġġ u ta' l-akkomodazzjoni.
Il-President u r-rapporteurs għandhom dritt għal indennità ta' rimbors ta' l-ispejjeż relatati mal-koordinament ta' l-abbozzi ta' l-opinjonijiet.
Il-kandidati għandhom ikunu fil-pussess ta' dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
L-espressjonijiet ta' interess eliġibbli ser ikunu suġġetti għal evalwazzjoni komparattiva fuq il-bażi ta' dawn il-kriterji li ġejjin:
Id-Direttur Eżekuttiv jista' jifforma bord inkarigat li jivvaluta l-esperjenza professjonal tal-kandidati.
L-esperti li l-aktar jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq se jinħatru għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba għal massimu ta' erba' snin oħra.
L-esperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jipparteċipaw iżda li ma jinħatrux se jiddaħħlu f'lista ta' riserva. Il-lista ta' riserva tista' tintuża għal attivitajiet analogi u se tkun valida [eż.] sal-31 ta' Diċembru 2010 (b'possibilità ta' estensjoni) għal perjodu ta' sentejn. Il-perjodu ta' validità tal-lista ta' riserva jista' jiġi estiż.
Il-ħatra ta' l-esperti magħżulin issir fuq bażi personali. Huma se jintalbu jiffirmaw dikjarazzjoni ta' impenn u, fuq bażi annwali, jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interessi li jistgħu jitqiesu ta' ħsara għall-indipendenza tagħhom.
L-EEA tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u timpenja ruħha li tevita kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni.
Il-kandidati interessati huma mitluba jippreżentaw l-espressjoni ta' interess tagħhom billi jimlew il-formola ta' l-applikazzjoni fuq l-internet u l-mudell ta' CV disponibbli permezz ta' kull wieħed mil-links indikati hawn taħt.
Is-CV għandha tinkludi lista tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-kandidat, preferibbilment bl-Ingliż kif ukoll esperjenza professjonali oħra.
Barra mill-qasam ta' kompetenza primarju, il-kandidati jistgħu wkoll jindikaw il-qasam ta' kompetenza sekondarju u terzjarju tagħhom li jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni biex jiġi ggarantit appoġġ aħjar fl-oqsma tematiċi u trasversali ta' l-attivitajiet ta' l-EEA.
Ir-regoli ta' proċedura applikabbli tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-EEA jistgħu jiġi kkonsultati wkoll minn dan l-indirizz:
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/sc-rules-procedure.pdf
(dokument bl-Ingliż)
Meta tapplika permezz tal-formola ta' l-applikazzjoni fuq l-internet, inti mitlub li tassigura li tosserva dan li ġej:
1. ftakar li tieħu ż-żoni tal-ħin f'kunsiderazzjoni meta tiġi biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek;
2. ladarba li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni tiegħek, se tirċievi messaġġ ta' risposta awtomatika;
3. hija responsabilità tal-kandidat li jżomm il-messaġġ tar-risposta awtomatika bħala prova li tkun saret il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni tiegħek;
4. f'każ li ma tirċevix messaġġ ta' risposta awtomatika, inti mitlub terġa' tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek.
L-EEA tinkoraġġixxi l-preżentazzjoni ta' l-espressjonijiet ta' interess permezz tal-formola ta' l-applikazzjoni minn fuq l-internet.
Xorta waħda se jiġu aċċettati l-espressjonijiet ta' l-interess mibgħuta bil-posta, bil-kundizzjoni li l-kandidati jimmarkaw b'mod ċar fuq l-envelopp il-qasam tal-kompetenzi, li għalih jixtiequ li jiġu kkunsidrati.
Il-formoli ta' l-applikazzjoni fuq l-internet (bl-Ingliż) u l-mudell ta' CV (bl-Ingliż) għall-oqsma differenti huma disponibbli mil-links li ġejjin:
Qasam 1. Proċessi atmosferiċi, tniġġis ta' l-arja, strateġiji ta' mitigazzjoni u adattament tat-tibdil tal-klima
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area1
Qasam 2. Bijodiversità
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area2
Qasam 3. Impriżi u intraprenditorija ambjentali
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area3
Qasam 4. Ekonomija ekoloġika
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area4
Qasam 5. Enerġija (inkl. strateġiji ta' mitigazzjoni u adattament)
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area5
Qasam 6. Storja ambjentali
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area6
Qasam 7. Dritt ambjentali Ewropew u internazzjonali
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area7
Qasam 8. Ilma ħelu (inkl. ilma tal-pjan)
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area8
Qasam 9. Valutazzjoni u indikaturi ambjentali integrati
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/Area9
Qasam 10. Ippjanar u ġestjoni spazjali tar-riżorsi naturali
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/area10
Qasam 11. Agrikoltura
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/area11
Qasam 12. Ekosistemi terrestri, inkl. ħamrija, foresti, artijiet bil-ħaxix
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/area12
Qasam 13. Teknoloġiji moderni (inkl. nanoteknoloġiji, OĠM, eċċ.)
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/area13
Qasam 14. Trasport u ambjent
http://www.eea.europa.eu/organisation/scientific-committee/calls/area14
L-applikazzjonijiet mibgħuta bil-posta għandhom jiġu indirizzati lil:
Personnel management group
Scientific Committee Call 2008 – Area (jekk jogħġbok indika min-numru 1 sa 14 skond l-għażla tiegħek)
European Environment Agency
Kongens Nytorv 6
1050 Copenhagen K
Danimarka
Il-kandidati huma ġentilment mitluba jressqu l-mistoqsijiet tagħhom dwar is-sejħa attwali fuq dan l-indirizz tal-posta elettronika: sc.call08-questions@eea.europa.eu
Id-dokumenti ta' sostenn jistgħu jintalbu fi stadju aktar tard.
L-espressjonijiet ta' interess kollha ser jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali.
Kun af li l-EEA ma tibgħatx lura l-espressjonijiet ta' interess lill-kandidati. L-informazzjoni personali li l-EEA titlob lill-kandidati tiġi proċessata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data. Id-data personali mitluba lill-kandidati se jiġu proċessati għal finijiet ta' ġestjoni ta' l-espressjonijiet ta' interess, fid-dawl ta' preselezzjoni, selezzjoni u ħatra possibbli tal-Membri tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-EEA.
L-espressjonijiet ta' interess għandhom jintbagħtu permezz tal-formola ta' l-applikazzjoni speċifika minn fuq l-internet (sa 12.00 - ħin ta' l-Ewropa ċentrali) jew bil-posta (id-data tat-timbru tal-posta sservi bħala prova) fl-indirizz indikat hawn fuq sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/about-us/who/governance/scientific-committee/calls/sej127a-g127all-espressjonijiet-ta-interess-2008-g127al-esperti-biex-jin127atru-membri-tal-kumitat-xjentifiku-ta-l-agenzija-ewropea-g127all-ambjent-eea or scan the QR code.
PDF generated on 11 Nov 2024, 06:35 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn