Kooperazzjoni internazzjonali
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ir-Regolament li jistabbilixxi l-EEA u l-Eionet jipprevedi kooperazzjoni internazzjonali attiva b'rabta ma' oqsma ewlenin tax-xogħol ta’ l-EEA. Il-kompiti ta’ l-EEA jinkludu l-promozzjoni ta’ l-inkorporazzjoni ta’ informazzjoni ambjentali Ewropea fi programmi internazzjonali ta’ monitoraġġ ambjentali, il-kooperazzjoni ma’ korpi reġjonali u internazzjonali u programmi bħall-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), u l-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex fl-UE.
L-impenji internazzjonali ta’ l-EEA jistgħu jiġu strutturati f’erba’ gruppi:
- Kooperazzjoni internazzjonali u l-Eionet
- Relazzjonijiet reġjonali fil-viċinat ta’ l-UE
- Relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi tan-NU u konvenzjonijiet globali
- Relazzjonijiet ma’ pajjiżi u reġjuni li mhumiex fl-UE
1. Kooperazzjoni internazzjonali u l-Eionet
Filwaqt li l-fokus ta’ l-Eionet huwa l-pajjiżi membri ta’ l-EEA, ir-Regolament ta’ l-EEA nnifsu ħares ‘il quddiem b’dispożizzjoni għall-kooperazzjoni ma’ dawk l-istituzzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità li jistgħu jipprovdu data, informazzjoni u għarfien espert...’. Din id-dispożizzjoni ppermettiet pajjiżi mhux fl-UE biex jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ l-Eionet u mbagħad jingħaqdu ma’ l-EEA bħala membri.
L-Eionet strettament jinkludi biss pajjiżi membri ta’ l-EEA. Madankollu, fil-prattika, l-attivitajiet ta’ l-Eionet ikopru kooperazzjoni stabbilita sew mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (pajjiżi li kkooperaw ma’ l-EEA).
2. Relazzjonijiet reġjonali fil-viċinat ta’ l-UE
L-EEA għandha storja twila ta’ kooperazzjoni tematika u trasversali, anki lil hinn mill-pajjiżi Eionet. B’mod partikolari, hi tikkoopera ma’ proċessi u korpi reġjonali differenti li jkopru żoni ġeografiċi b'rabtiet ġeografiċi jew ġeopolitiċi mill-qrib jew transkonfinali ma’ l-UE, u fejn hemm politiki ta’ l-UE definiti sew.
Il-fokus tal-ħidma b’finanzjamenti bażiċi ta’ l-EEA f’kuntest reġjonali Ewropew huwa li tikkontribwixxi għal informazzjoni ambjentali u attivitajiet ta’ valutazzjoni skont konvenzjonijiet differenti u proċessi oħrajn. Skont il-bżonnijiet, il-kontribuzzjonijiet ta’ l-EEA jvarjaw minn qsim ta’ data u informazzjoni għal kontribuzzjonijiet relatati mal-valutazzjoni, kif ukoll irawmu sħubiji ta’ netwerking u informazzjoni.
Fil-perjodu2010-2015, l-EEA rċeviet fondi addizzjonali ta’ l-UE biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-prinċipji u prattiki tajbin tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Ambjentali (SEIS) fil-pajjiżi tal-Viċinat Ewropej, li jkopru:
- Pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna
- Pajjiżi msieħba tan-Nofsinhar tal-Mediterran:l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina, it-Tuneżija
Din il-kooperazzjoni kompliet b’appoġġ addizzjonali taħt żewġ proġetti ġodda li bdew fl-1ta’Frar 2016. Dawn il-proġetti huma mmirati lejn l-imsieħba Ewropej tal-Viċinat fir-reġjuni tal-Lvant u n-Nofsinhar skont l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI), li hu ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea (DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir). Dawn il-proġetti huma:
- L-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-prattiki tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Ambjentali fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (Proġett tal-Lvant ENI SEIS II)
- L-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-prattiki tas-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS) fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-PEV (Mekkaniżmu ta’ Għajnuna ta’ l-SEIS), implimentati fi sħubija mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Mediterran tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP/MAP)
L-attivitajiet speċifiċi jibnu fuq ir-riżultati miksuba skont l-attivitajiet tal-proġett preċedenti u huma mmirati lejn it-tisħiħ tal-produzzjoni regolari ta’ indikaturi u valutazzjonijiet ambjentali bħala kontribuzzjoni lejn tfassil ta’ politika bbażata fuq l-għarfien u governanza tajba fil-qasam ta’ l-ambjent. Filwaqt li jżommu l-perspettiva u l-koerenza reġjonali bħala għan ewlieni, l-attivitajiet se jimmiraw ukoll għal appoġġ speċifiku għal kull pajjiż u assistenza teknika fl-oqsma prijoritarji nazzjonali identifikati.
L-EEA tikkoopera wkoll mal-Kunsill Artiku u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu. L-objettivi tal-EEA hawnhekk huma maqsumin fi tlieta: 1) li tevalwa kwistjonijiet tal-Artiku Ewropew, billi tagħraf li l-Artiku huwa parti mill-UE u li ħamsa mit-tmien membri tal-Kunsill Artiku huma membri ta’ l-EEA; 2) li tgħin lill-UE u lill-istati ta’ l-Artiku ta’ l-EEA li jikkontribwixxu għal proċessi ta’ valutazzjoni ta’ l-Artiku; u 3) li tinfluwenza l-proċessi ċirkumpolari tal-Artiku billi tippromwovi approċċi EEA/Eionet u prinċipji SEIS, inkluż fil-proċess tan-Netwerks ta’ Sostenn għall-Osservazzjoni tal-Artiku (SAON).
3. Relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali
L-EEA għandha tradizzjoni twila ta’ ħidma ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi tan-NU, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw l-ambjent u aspetti relatati bħall-Ambjent tan-NU fil-livell globali u l-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fil-livell pan-Ewropew. Dawn ir-relazzjonijiet ikopru kemm l-oqsma tematiċi (eż. it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità) kif ukoll il-kooperazzjoni trasversali. Fil-kuntest tematiku, l-EEA tipprovdi d-data u l-għarfien espert biex tappoġġja l-pajjiżi membri u li qed jikooperaw ta’ l-UE u l-EEA fl-involviment tagħhom f’konvenzjonijiet internazzjonali u fil-pjattaformi ta’ valutazzjoni Globali tan-NU li għadhom kif ġew stabbiliti. Fix-xogħol trasversali tagħha, l-EEA tiffoka fuq il-qsim tal-għarfien u l-promozzjoni tal-prinċipji SEIS biex tappoġġja t-tisħiħ ta’ l-interfaċċja tal-politika dwar l-għarfien.
Kemm fl-attivitajiet tematiċi kif ukoll dawk trasversali, l-EEA taħdem bħala sieħeb dirett ta’ tali korpi, tipprovdi għarfien espert lill-proċessi li għaddejjin, kif ukoll tappoġġja l-pajjiżi membri u li qed jikkooperaw ta’ l-UE u l-EEA fit-twettiq ta’ l-obbligi ta' rapportar tagħhom, fil-provvista ta' valutazzjonijiet, u fil-(ko)żvilupp ta’ pożizzjonijiet ta’ l-UE. Hija mwettqa ħidma b'appoġġ għall-pajjiżi membri u li qed jikkooperaw ta’ l-UE u l-EEA madwar proċessi politiċi ewlenin. Eżempju ta’ dan huwa l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), fejn l-EEA għandha rwol attiv fl-appoġġ tal-monitoraġġ, rapportar u verifikazzjoni (MRV) ta’ l-emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra.
Wara l-adozzjoni tal-Aġenda2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, inklużi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-qafas għas-segwitu u r-reviżjoni ta’ l-Aġenda2030 jeħtieġ li jsir aktar konkret fil-livelli nazzjonali, reġjonali u globali. L-EEA ser ikollha rwol partikolari fil-livell reġjonali fil-kontribut għall-ħidma ta’ monitoraġġ u reviżjoni. Dan ix-xogħol ser isir f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri ta’ l-UE.
Hemm ukoll impenji kontinwi mas-Sistema għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja tas-Sistemi tal-Grupp dwar l-Osservazzjonijiet tad-Dinja u mal-inizjattiva tan-NU dwar il-Ġestjoni Globali tal-Informazzjoni Ġeospazjali.
4. Relazzjonijiet ma’ pajjiżi u reġjuni li mhumiex fl-UE
L-EEA taqsam l-għarfien espert, l-għarfien u l-approċċi tagħha ma’ korpi nazzjonali u reġjonali mhux Ewropej differenti. Għal kważi 20sena ilu għaddej djalogu regolari mal-Aġenzija għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent tal-Istati Uniti, filwaqt li matul l-aħħar 15-ilsena kien hemm skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi ta’ l-Asja Ċentrali. Barra minn hekk, l-EEA għandha kuntatti u skambji ta’ informazzjoni ma’ istituzzjonijiet u korpi, pereżempju, fl-Awstralja, il-Kanada, iċ-Ċina, l-Indja u l-Korea t'Isfel, kif ukoll fil-livell reġjonali ma’ korpi Afrikani, Asjatiċi u ta’ l-Amerika t'Isfel.
Permalinks
- Permalink to this version
- ea7f5af718a52cd423cc37a41721976d
- Permalink to latest version
- 05WJUR6GQH
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/about-us/who/international-cooperation or scan the QR code.
PDF generated on 06 Mar 2021, 07:19 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn