Dwar l-Eionet
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-PFN huma responsabbli mill-koordinazzjoni taʼ netwerks taʼ ċentri taʼ referenza nazzjonali (NCRs), filwaqt li jiġbru flimkien esperti minn istituzzjonijiet nazzjonali u korpi oħra involuti fl-informazzjoni ambjentali.
Filwaqt li beda l-ħidma tiegħu 1994, l-Eionet sar fornitur magħruf u fdat taʼ data, informazzjoni u valutazzjonijiet taʼ kwalità għolja għall Ewropa.
Il-kunċett ta’ l-Eionet iħaddan l-elementi li jiddefinixxu li ġejjin:
- Kooperazzjoni istituzzjonali bʼsaħħitha tul diversi livelli (nazzjonali, reġjonali, Ewropew, internazzjonali) kif ukoll sħubiji mas-soċjetà ċivili, iffaċilitati bʼentità taʼ koordinazzjoni
- Kontenut komuni maqbul — data, informazzjoni, indikaturi, analiżi
- Infrastruttura, standards u għodod kondiviżi.
Pajjiżi membri u taʼ kooperazzjoni
Attwalment l-EEA għandha 32 pajjiż membru u sitt pajjiżi taʼ kooperazzjoni. It-32 pajjiż membru jinkludu t-27 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in‑Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.
Is-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma l-pajjiżi taʼ kooperazzjoni: l-Albanija, il-Bożnija u Ħerzegovina, Il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo [i]. L-attivitajiet taʼ kooperazzjoni taʼ dawn il-pajjiżi huma integrati fl-Eionet u huma appoġġati mill-Unjoni Ewropea taħt l-Istrument għall-Assistenza taʼ Qabel l-Adeżjoni.
L-EEA timpenja ruħha wkoll fil-kooperazzjoni internazzjonali lil hinn mill-pajjiżi membri u taʼ kooperazzjoni tagħha stess.
B’segwitu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020, dan ma baqax parti min-netwerk u l-governanza istituzzjonali tal-EEA. Barra minn hekk, ir-Renju Unit m’għadux jipparteċipa f’laqgħat jew fi proċessi oħra ta’ koordinazzjoni relatati mal-mandat tal-EEA. Fil-prinċipju[1], ir-Renju Unit m’għadx għandu obbligu legali li jżomm jew jipprovdi informazzjoni u pariri, jew li jassisti fl-issodisfar tal-obbligi tiegħu skont il-leġiżlazzjoni Ambjentali tal-UE lil hinn mill-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020.
Minbarra l-PFN u l-NRCs, l-Eionet attwalment ikopri 7 Ċentri topiċi Ewropej (ETCs).
Aktar informazzjoni:
- Is-sit web ta’ l-Eionet
- Lista tal-punti fokali nazzjonali
- Fuljett:L-Eionet Jikkonnettja
- Flussi taʼ data taʼ prijorità tal-Eionet
[1] ‘Fil-prinċipju’ għandu jkopri kwistjonijiet pendenti fejn il-kontribut tar-Renju Unit jista’ jkun meħtieġ sat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.
Permalinks
- Permalink to this version
- 5735b11888840d07a3c68b63b187020a
- Permalink to latest version
- FJ961T2A45
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/about-us/countries-and-eionet/intro or scan the QR code.
PDF generated on 05 Mar 2021, 06:07 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn