li jmiss
preċedenti
punti

Dwar l-Eionet

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 29 May 2020
2 min read
In-netwerk Ewropew ta' informazzjoni u osservazzjoni ta’ l-ambjent (Eionet) huwa netwerk taʼ sħubija ta’ l-EEA u tal-pajjiżi membri u taʼ kooperazzjoni tagħha. L-EEA hija responsabbli mill-iżvilupp ta’ l-Eionet u mill-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet tiegħu. Biex tagħmel dan, l-EEA taħdem mill-qrib mal-punti fokali nazzjonali (PFN), li huma tipikament ibbażati fʼaġenziji nazzjonali għall-ambjent jew fʼministeri għall-ambjent. Il-PFN huma responsabbli mill-koordinazzjoni taʼ netwerks nazzjonali, filwaqt li jinvolvu ħafna istituzzjonijiet.

Il-PFN huma responsabbli mill-koordinazzjoni taʼ netwerks taʼ ċentri taʼ referenza nazzjonali (NCRs), filwaqt li jiġbru flimkien esperti minn istituzzjonijiet nazzjonali u korpi oħra involuti fl-informazzjoni ambjentali.

Filwaqt li beda l-ħidma tiegħu 1994, l-Eionet sar fornitur magħruf u fdat taʼ data, informazzjoni u valutazzjonijiet taʼ kwalità għolja għall Ewropa.

Il-kunċett ta’ l-Eionet iħaddan l-elementi li jiddefinixxu li ġejjin: 

  • Kooperazzjoni istituzzjonali bʼsaħħitha tul diversi livelli (nazzjonali, reġjonali, Ewropew, internazzjonali) kif ukoll sħubiji mas-soċjetà ċivili, iffaċilitati bʼentità taʼ koordinazzjoni
  • Kontenut komuni maqbul — data, informazzjoni, indikaturi, analiżi
  • Infrastruttura, standards u għodod kondiviżi.
Eionetconnects2012finalweb-MT

 

Pajjiżi membri u taʼ kooperazzjoni

Attwalment l-EEA għandha 32 pajjiż membru u sitt pajjiżi taʼ kooperazzjoni. It-32 pajjiż membru jinkludu t-27 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in‑Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.

Is-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma l-pajjiżi taʼ kooperazzjoni:  l-Albanija, il-Bożnija u Ħerzegovina, Il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo [i]. L-attivitajiet taʼ kooperazzjoni taʼ dawn il-pajjiżi huma integrati fl-Eionet u huma appoġġati mill-Unjoni Ewropea taħt l-Istrument għall-Assistenza taʼ Qabel l-Adeżjoni.

L-EEA timpenja ruħha wkoll fil-kooperazzjoni internazzjonali lil hinn mill-pajjiżi membri u taʼ kooperazzjoni tagħha stess.

B’segwitu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020, dan ma baqax parti min-netwerk u l-governanza istituzzjonali tal-EEA. Barra minn hekk, ir-Renju Unit m’għadux jipparteċipa f’laqgħat jew fi proċessi oħra ta’ koordinazzjoni relatati mal-mandat tal-EEA. Fil-prinċipju[1], ir-Renju Unit m’għadx għandu obbligu legali li jżomm jew jipprovdi informazzjoni u pariri, jew li jassisti fl-issodisfar tal-obbligi tiegħu skont il-leġiżlazzjoni Ambjentali tal-UE lil hinn mill-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020.

 

Minbarra l-PFN u l-NRCs, l-Eionet attwalment ikopri 7 Ċentri topiċi Ewropej (ETCs).

GraphCountriesandEIONET-MT

Aktar informazzjoni:

 

[1] ‘Fil-prinċipju’ għandu jkopri kwistjonijiet pendenti fejn il-kontribut tar-Renju Unit jista’ jkun meħtieġ sat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Permalinks

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina