All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
L-EEA tappoġġja l-ħtiġiet tal-ispazju tal-istrateġiji tematiċi tal-UE dwar is-sistemi marini u l-ħamrija, fost oħrajn, u tagħti attenzjoni partikolari għall-bidliet fl-użu tal-art f'żoni ekoloġikament sensittivi u għall-protezzjoni tal-ħamrija.
Iċ-Ċentru Tematiku Ewropew dwar l-Użu tal-Art u l-Informazzjoni dwar l-Ispazju (ETC-LUSI) jipprovdi lill-EEA b'appoġġ tekniku fl-iżvilupp ta' indikaturi relevanti, li jagħmlu l-inventarji tal-Corine land cover, l-applikazzjonijiet għall-kontabilità tal-art u l-ekosistema (LEAC) u l-analiżi ġeospazzjali.
Is-sors ewlieni ta' dejta tal-EEA huwa s- sett ta' dejta tal-Corine land cover li kien prodott għall-1990, l-2000 u l-2006. Dan huwa bbażat fuq kooperazzjoni stabbilita mal-pajjiżi membri u mas-sistema għall-monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES).
Skont l-informazzjoni dwar l-ispazju, il- bilanċi tal-art prodotti mill-EEA jipprovdu evalwazzjonijiet tad-daqs tad-diversi tipi ta' bidla, u, fl-istess waqt, tad-distribuzzjoni tagħhom fuq it-territorju Ewropew.
Ħafna drabi, l-użu tal-art huwa parti mill-analiżi ta' temi oħrajn, bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, l-imaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar, l-analiżi prospettivi, il-mudelli tal-konsum u l-produzzjoni u l-ambjent urban.
L-EEA żviluppat ukoll mapep interattivi u prodotti tal-multimedja inkluż werrej tad-dejta tal-wiċċ tal-art. Wieħed jista' jfittex termini relatati mal-art fit- Teżawru GEMET tal-Eionet..
Ħarsa lejn il-futur, PRELUDE (Analiżi Ambjentali PRospettiva għall-Iżvilupp tal-Użu tal-Art fl-Ewropa) hija għodda interattiva li tippreżenta sett ta' ħames xenarji differenti għall-użu tal-art fl-Ewropa.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/landuse/eea-activities or scan the QR code.
PDF generated on 19 May 2025, 11:40 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn