li jmiss
preċedenti
punti

Attivitajiet tal-EEA

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 21 Feb 2017
Topics:
This page was archived on 21 Feb 2017 with reason: Content is outdated
Biex wieħed jifhem ir-relazzjoni bejn l-użu tal-art u l-impatti ambjentali, hemm bżonn ta' informazzjoni fi skali differenti - globali, Ewropej u nazzjonali. Id-dejta dwar l-użu tal-art hija wkoll prerekwiżit għall-ippjanar tal-ispazju fil-livell lokali u reġjonali. L-attivitajiet tal-EEA jiffokaw l-aktar fuq l-evalwazzjonijiet tal-bidla fil-pajżaġġ u l-ispazju Ewropew billi jintużaw għodod ta' kontabiilità tal-art u tal-ekosistema u sistema ta' analiżi tal-informazzjoni ġeografika. L-EEA ingħatat ukoll il-kompitu li tiżviluppa ċentru ta' dejta ambjentali għall-użu tal-art bħala kontribut għal sistema dwar l-informazzjoni ambjentali kondiviża għall-Ewropa (SEIS)

L-EEA tappoġġja l-ħtiġiet tal-ispazju tal-istrateġiji tematiċi tal-UE dwar is-sistemi marini u l-ħamrija, fost oħrajn, u tagħti attenzjoni partikolari għall-bidliet fl-użu tal-art f'żoni ekoloġikament sensittivi u għall-protezzjoni tal-ħamrija.

Iċ-Ċentru Tematiku Ewropew dwar l-Użu tal-Art u l-Informazzjoni dwar l-Ispazju (ETC-LUSI) jipprovdi lill-EEA b'appoġġ tekniku fl-iżvilupp ta' indikaturi relevanti, li jagħmlu l-inventarji tal-Corine land cover, l-applikazzjonijiet għall-kontabilità tal-art u l-ekosistema (LEAC) u l-analiżi ġeospazzjali.

Is-sors ewlieni ta' dejta tal-EEA huwa s- sett ta' dejta tal-Corine land cover li kien prodott għall-1990, l-2000 u l-2006. Dan huwa bbażat fuq kooperazzjoni stabbilita mal-pajjiżi membri u mas-sistema għall-monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES).

Skont l-informazzjoni dwar l-ispazju, il- bilanċi tal-art prodotti mill-EEA jipprovdu evalwazzjonijiet tad-daqs tad-diversi tipi ta' bidla, u, fl-istess waqt, tad-distribuzzjoni tagħhom fuq it-territorju Ewropew.

Ħafna drabi, l-użu tal-art huwa parti mill-analiżi ta' temi oħrajn, bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, l-imaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar, l-analiżi prospettivi, il-mudelli tal-konsum u l-produzzjoni u l-ambjent urban.

L-EEA żviluppat ukoll mapep interattivi u prodotti tal-multimedja inkluż werrej tad-dejta tal-wiċċ tal-art. Wieħed jista' jfittex termini relatati mal-art fit- Teżawru GEMET tal-Eionet..

Ħarsa lejn il-futur, PRELUDE (Analiżi Ambjentali PRospettiva għall-Iżvilupp tal-Użu tal-Art fl-Ewropa) hija għodda interattiva li tippreżenta sett ta' ħames xenarji differenti għall-użu tal-art fl-Ewropa.

Permalinks

Topics

Topics:
Dokument ta’ Azzjonijiet