All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Waqt ir-Raba' Konferenza Ministerjali dwar l-Ambjent u s-Saħħa fl-2004, l- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) adottat il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ewropa dwar l-Ambjent u s-Saħħa tat-Tfal (CEHAPE). Il-WHO reġgħet affermat ukoll il-ħtieġa għal sistema ta' informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa ibbażata fuq l-indikaturi, u fformulat rakkomandazzjonijiet dwar ir-reazzjoni tas-saħħa pubblika għal każijiet ta' temp estrem u l-konsegwenzi tal-bidla tal-klima fuq is-saħħa.
Fl-2007, ir-reviżjoni intergovernattiva ta' nofs it-terminu tal-WHO (IMR) evalwat il-progress fl-implimentazzjoni tal-obbligi tar-Raba' Konferenza Ministerjali. L-ewwel riżultati tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa (EHIS) kienu ppreżentati u ffurmaw il-bażi għal valutazzjoni tal-istat preżenti tas-saħħa u l-ambjent tat-tfal fl-Ewropa.
Fil-pajjiżi tar-reġjun tal- Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda għall-Ewropa (UNECE), l-adozzjoni tal-Protokoll dwar l-Ilma u s-Saħħa tal-Konvenzjoni tal-1992 dwar il-Protezzjoni u l-Użu tal-Kanali tal-Ilma Transkonfinali u x-Xmajjar Internazzjonali immarkat progress fl-indirizz tal-kwistjonijiet ta' saħħa u ambjent relatati mal-ilma b'mod integrat.
Is-Saħħa hija waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-kwalità tal-ambjent u r-relazzjoni mas-saħħa tal-bniedem hija ssottolineata fis- 6programm ta' azzjoni ambjentali (6EAP).
Erba' atti leġiżlattivi jipprovdu l-pedament tal-approċċ tal-UE sabiex tillimita t-theddid ambjentali għas-saħħa tal-bniedem:
L-Istrateġija Ewropea dwar l-Ambjent u s-Saħħa (2003) u l-pjan ta' azzjoni Ewropew dwar l-ambjent u s-saħħa bejn l-2004 u l-2010 (2004) għandhom erba' mardiet ta' prijorità:
Il-proċessi Ewropea li għandhom l-għan li jintegraw il-politiki huma partikolarment relevanti għall-ambjent u s-saħħa.
Aktar informazzjoni: Il-Paġna Ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Ambjent u s-Saħħa fl-Ewropa
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/human/policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 26 Apr 2024, 09:17 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn