News
L-aħħar evalwazzjoni turi n-natura tal-Ewropa f'deterjorament serju u kontinwu
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-valutazzjoni tagħna turi li s-salvagwardja tas-saħħa u r-reżiljenza tan-natura tal-Ewropa, u l-benesseri tan-nies, teħtieġ bidliet fundamentali fil-mod ta’ kif nipproduċu u nikkunsmaw l-ikel, niġġestixxu u nużaw il-foresti, u nibnu l-bliet. Dawn l-isforzi jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-politiki ta’ konservazzjoni, enfasi fuq ir-restawr tan-natura, kif ukoll azzjoni klimatika dejjem aktar ambizzjuża, speċjalment fis-settur tat-trasport u l-enerġija.
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Skont ir-rapport tal-EEA “State of nature in the EU — Results from reporting under the nature directives 2013-2018 ” (L-Istat tan-natura fl-UE — Riżultati mir-rappurtar taħt id-direttivi tan-natura 2013-2018), il-maġġoranza tal-ispeċijiet protetti fl-UE kollha, bħall-Falkun Saker u s-Salamun tad-Danubju, u l-ħabitats mill-bwar sad-duni fl-Ewropa kollha, qed jiffaċċjaw futur inċert sakemm ma titteħidx azzjoni aktar urġenti biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni. Ir-rapport tal-EEA huwa ppubblikat simultanjament mar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tan-Natura, li jinforma dwar il-progress li sar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura.
Ir-rapport tal-EEA juri żviluppi pożittivi fl-isforzi ta’ konservazzjoni. Kemm l-għadd kif ukoll iż-żona ta’ siti protetti taħt in-network Natura 2000 żdiedu matul dawn l-aħħar 6 snin u l-UE laħqet il-miri globali b’madwar 18 % taż-żona tal-art tagħha u kważi 10 % taż-żona tal-baħar protetta.
Din il-valutazzjoni dwar l-Istat tan-Natura hija l-verifika tas-saħħa l-aktar komprensiva tan-natura li qatt saret fl-UE.
Virginijus Sinkevičius, Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd
Madankollu, il-progress ġenerali mhuwiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020. Skont il-valutazzjoni tal-EEA, il-biċċa l-kbira tal-ħabitats u l-ispeċijiet protetti għandhom stat ta’ konservazzjoni fqir jew ħażin u ħafna minnhom qed ikomplu jiddeterjoraw. Mit-tliet gruppi ewlenin studjati, il-ħabitats u l-għasafar għadhom partikolarment lura filwaqt li l-grupp ta’ speċijiet mhux tal-għasafar kważi laħaq il-mira tiegħu.
Il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, Virginijus Sinkevičius, sostna li: “Din il-valutazzjoni dwar l-Istat tan-Natura hija l-verifika tas-saħħa l-aktar komprensiva tan-natura li qatt saret fl-UE. Dan juri b’mod ċar ħafna li għadna qed nitilfu s-sistema vitali tagħna ta’ appoġġ għall-ħajja. Sa 81 % tal-ħabitats fil-livell tal-UE jinsabu f’kundizzjoni fqira, fejn l-aktar li qed jiddeterjoraw huma t-torbieri, il-bwar u l-ħabitats tad-duni. Jeħtieġ b’mod urġenti li nwettqu l-impenji fl-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Bijodiversità biex inreġġgħu lura dan id-deterjorament għall-benefiċċju tan-natura, in-nies, il-klima u l-ekonomija.”
“Il-valutazzjoni tagħna turi li s-salvagwardja tas-saħħa u r-reżiljenza tan-natura tal-Ewropa, u l-benesseri tan-nies, teħtieġ bidliet fundamentali fil-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw l-ikel, niġġestixxu u nużaw il-foresti, u nibnu l-bliet. Dawn l-isforzi jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-politiki ta’ konservazzjoni, fokus fuq ir-restawr tan-natura, kif ukoll azzjoni klimatika dejjem aktar ambizzjuża, speċjalment fis-settur tat-trasport u l-enerġija," sostna Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA.
L-akbar theddid għan-natura
Skont ir-rapport tal-EEA, l-agrikoltura intensiva, it-tifrix urban u l-attivitajiet tal-forestrija mhux sostenibbli huma l-ogħla pressjonijiet irrapportati fuq il-ħabitats u l-ispeċijiet. It-tniġġis tal-arja, l-ilma u l-ħamrija għandu impatt ukoll fuq il-ħabitats, kif ukoll l-isfruttar żejjed kontinwu tal-annimali permezz ta’ ħsad illegali u kaċċa u sajd insostenibbli.
Dan it-theddid huwa aggravat minn alterazzjonijiet fix-xmajjar u l-lagi, bħal digi u estrazzjoni tal-ilma, speċijiet aljeni invażivi, u t-tibdil fil-klima. L-abbandun tal-art agrikola jikkontribwixxi għad-deterjorament kontinwu tal-ħabitats seminaturali, bħall-bwar, u l-ispeċijiet tagħhom, bħall-friefet u l-għasafar tar-raba'.
Ħarsa ’l Quddiem
Ir-rapport jindika xi żviluppi pożittivi, l-aktar fuq skala nazzjonali jew reġjonali. Għadd ta’ speċijiet u ħabitats urew titjib, bħall-Agile Frogfl-Iżvezja, il-laguni kostali fi Franza, u l-Avaltun bil-Baffi fil-livell tal-UE. In-network Natura 2000 juri effetti pożittivi għal ħafna speċijiet u ħabitats. Pereżempju, il-ħabitats kostali u tad-duni, li huma koperti aħjar minn Natura 2000, għandhom stat ta’ konservazzjoni aħjar minn ħabitats li huma inqas jew marġinalment koperti.
Mil-lat ta’ politika hemm ukoll tama minħabba l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u l-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt, żewġ elementi ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-istrateġija għall-bijodiversità għandha l-għan li ssaħħaħ u tespandi in-network ta’ żoni protetti, tistabbilixxi pjan ta’ restawr u tiżgura li l-ekosistemi jkunu b’saħħithom u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, rikki fil-bijodiversità, u tipprovdi l-firxa ta’ servizzi essenzjali għall-prosperità u l-benesseri taċ-ċittadini.
Minbarra dawn il-politiki l-ġodda, sforzi addizzjonali huma meħtieġa biex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri biex jappoġġaw il-miri. Bħalissa, għad hemm ħafna diskrepanzi fid-data, speċjalment għall-ispeċijiet u l-ħabitats tal-baħar. Hija meħtieġa wkoll aktardatabiex jiġi evalwat bis-sħiħ ir-rwol tan-network Natura 2000. Fl-aħħar nett, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE trid tittejjeb b’mod sinifikanti.
Stat u tendenzi
- Madwar nofs (47 %) l-463 speċi ta’ għasafar fl-UE għandhom stat tajjeb, li huwa 5 % inqas milli matul l-aħħar perjodu ta’ rappurtar ta' bejn l-2008 u l-2012. Il-proporzjon ta’ għasafar bi stat fqir jew ħażin żdied b’7 % f’dawn l-aħħar sitt snin biex laħaq total ta’ 39 %.
- Fil-livell nazzjonali, madwar 50 % tat-titjib fix-xejriet tal-popolazzjoni jinvolvi l-aktar għasafar tal-art mistagħdra u tal-baħar li għalihom ġew assenjati siti ta’ Natura 2000, bħall-Kuluvert Aħmar jew il-Black Guillemot. L-għasafar tat-tgħammir, bħall-Grawwa u l-Astun Aħmar, għandhom l-ogħla sehem ta’ rapporti li juru titjib fix-xejriet tal-popolazzjoni. Dan huwa dovut għall-implimentazzjoni tal-protezzjoni jew ir-restawr tal-ħabitats, u titjib fl-għarfien, monitoraġġ u sensibilizzazzjoni aħjar.
- 15 % biss tal-valutazzjonijiet tal-ħabitats għandhom stat ta’ konservazzjoni tajjeb, b’81 % għandhom stat ta’ konservazzjoni fqir jew ħażin fil-livell tal-UE. Il-bwar, id-duni, u l-ħabitats tal-pantani, tal-fangazzi u tal-imgħaddra juru xejriet b’saħħithom ta’ deterjorament filwaqt li l-foresti għandhom xejriet li l-aktar qed jitjiebu. Meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, is-sehem tal-ħabitats bi stat ħażin ta’ konservazzjoni żdied b’6 %.
- Ir-reġjuni tal-baħar għandhom ħafna valutazzjonijiet bi stat ta’ konservazzjoni mhux magħruf, li jirrifletti n-nuqqas ġenerali ta’datadwar l-ispeċijiet.
- Madwar kwart tal-ispeċijiet għandhom stat ta’ konservazzjoni tajjeb fil-livell tal-UE, li huwa żieda ta’ 4 %, meta mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti. Ir-rettili u l-pjanti vaskulari, bħall-Gremxula tal-Italja, il-Horseshoe Whip Snake, il-Hairy Agrimony, jew il-Ġentjan Isfar Kbir, għandhom l-ogħla proporzjon ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni (35 %).
Sfond
Id-Direttivi tal-UE dwar in-natura — id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar — jeħtieġu sforzi ta’ konservazzjoni għal aktar minn 2 000 speċi u ħabitat fl-UE kollha.
Il-valutazzjoni tal-EEA, li hija bbażata fuqdatarrappurtata mill-Istati Membri tal-UE, hija l-akbar u l-aktar eżerċizzju estensiv ta’ ġbir u rappurtar ta’datamwettaq fl-Ewropa dwar l-istat tan-natura. Aktar minn 220 000 persuna (60 % minnhom voluntiera) ikkontribwixxew għal dan il-proċess fl-UE kollha.
Id-dataanalizzata għandha l-għan li tidentifika s-suċċessi u n-nuqqasijiet fil-konservazzjoni tan-natura, il-pressjonijiet u t-theddid ewlenin u l-istat tal-miżuri ta’ konservazzjoni attwali.
Permalinks
- Permalink to this version
- a0ef125c112242e49ce1a983d0129799
- Permalink to latest version
- 0Y7UXC5V63
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/l-ahhar-evalwazzjoni-turi-n or scan the QR code.
PDF generated on 26 Feb 2021, 03:18 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn