Bijodiversità - Ekosistemi
Il-biedja u l-forestrija mhux sostenibbli, it-tifrix urban u t-tniġġis huma l-akbar pressjonijiet li jwasslu għal deterjorament drastiku tal-bijodiversità tal-Ewropa, li jhedded is-sopravivenza ta’ eluf ta’ speċijiet ta’ annimali u ħabitats. Barra minn hekk, għad hemm nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar in-natura u liġijiet ambjentali oħra mill-Istati Membri. Skont ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) “State of nature in the EU” (L-Istat tan-natura fl-UE), li ġie ppubblikat illum, il-biċċa l-kbira tal-ħabitats u l-ispeċijiet protetti mhumiex fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb u jrid isir ħafna aktar biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni.
Fid-dawl taż-żieda fit-theddid minħabba l-isfruttament żejjed tar-riżorsi tal-baħar, it-tniġġis u t-tibdil fil-klima, hija meħtieġa azzjoni urġenti biex l-ibħra tal-Ewropa jitreġġgħu lura għal kundizzjoni tajba. Skont ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar l-ekosistemi tal-baħar tal-Ewropa, li ġie ppubblikat illum, qed jispiċċalna ż-żmien biex inreġġgħu lura għexieren ta’ snin ta’ negliġenza u użu ħażin.
Irrispettivament minn fejn ninsabu, ilkoll kemm aħna nistgħu napprezzaw il-meravilji tan-natura, issa probabbilment aktar minn qatt qabel. Il-kompetizzjoni tal-fotografija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ta’ din is-sena “REDISCOVER Nature”, li tiftaħ illum, tistiednek taqbad u tikkondividi r-rabta tiegħek man-natura u l-ambjent ta’ madwarek.
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
Il-biedja u l-forestrija mhux sostenibbli, it-tifrix urban u t-tniġġis huma l-akbar pressjonijiet li jwasslu għal deterjorament drastiku tal-bijodiversità tal-Ewropa, li jhedded is-sopravivenza ta’ eluf ta’ speċijiet ta’ annimali u ħabitats. Barra minn hekk, għad hemm nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar in-natura u liġijiet ambjentali oħra mill-Istati Membri. Skont ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) “State of nature in the EU” (L-Istat tan-natura fl-UE), li ġie ppubblikat illum, il-biċċa l-kbira tal-ħabitats u l-ispeċijiet protetti mhumiex fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb u jrid isir ħafna aktar biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni.
L-ibħra tal-Ewropa qed jiffaċċjaw ġejjieni inċert jekk ma titteħidx azzjoni urġenti u koerenti
News 25 Jun 2020Fid-dawl taż-żieda fit-theddid minħabba l-isfruttament żejjed tar-riżorsi tal-baħar, it-tniġġis u t-tibdil fil-klima, hija meħtieġa azzjoni urġenti biex l-ibħra tal-Ewropa jitreġġgħu lura għal kundizzjoni tajba. Skont ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar l-ekosistemi tal-baħar tal-Ewropa, li ġie ppubblikat illum, qed jispiċċalna ż-żmien biex inreġġgħu lura għexieren ta’ snin ta’ negliġenza u użu ħażin.
Il-ħamrija għandha rwol kruċjali fiċ-ċikli tan-natura, inkluż iċ-ċiklu tan-nutrijenti, li jinvolvi l-ammont ta' materjal organiku tal-ħamrija - jiġifieri l-karbonju, in-nitroġenu u l-fosforu - li jittieħed u jinħażen fil-ħamrija. Il-komposti organiċi, bħal weraq u ponot tal-għeruq, huma maqsuma għal komposti aktar sempliċi minn organiżmi li jgħixu fil-ħamrija qabel ma jkunu jistgħu jintużaw mill-pjanti. Xi batterji tal-ħamrija jikkonvertu n-nitroġenu atmosferiku f’nitroġenu minerali, li huwa essenzjali għat-tkabbir tal-pjanti. Il-fertilizzanti jintroduċu n-nitroġenu u l-fosfati biex jistimolaw it-tkabbir tal-pjanti iżda mhux l-ammonti kollha jittieħdu mill-pjanti. L-eċċess jista’ jidħol fix-xmajjar u fil-lagi u jaffettwa l-ħajja f’dawn l-ekosistemi tal-ilma.
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn