Strumenti ta' politika
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Metagħall-ewwel bdew jiġu żviluppati politiki ambjentali Ewropej, ħafna mill-istrumenti ta’ politika ffokaw fuq problemi ambjentali speċifiċi. Peress li ma hemm ebda strument ta’ politika waħdu li jista’ jipprovdi soluzzjoni għal kull problema, il-firxa ta’ politiki twessgħet b’mod gradwali sabiex tindirizza l-problemi dejjem iktar kumplessi marbutin ma’ l-ambjent u s-saħħa. Illum il-ġurnata, ħafna mill-interventi tal-politiki ambjentali jgħaqqdu:
- approċċi regolatorji tradizzjonali, kultant imsejħin “miżuri ta’ kmand u kontroll” (pereżempju standards dwar l-emissjonijiet, projbizzjonijiet ta’ sustanzi tossiċi, u strumenti għall-ippjanar ta’ l-art);
- strumenti bbażati fuq is-suq (bħal taxxi ambjentali u negozjar ta’ emissjonijiet b’effett ta’ serra);
- sensibilizzazzjoni (inklużi, pereżempju, tikkettar enerġetiku u kampanji ta’ komunikazzjoni).
L-aħħar programm ta’ azzjoni ambjentali tal-UE, is-Seba’ EAP, jipprovdi qafas integrat għal dawn l-interventi ta’ politika. Jistabbilixxi l-ambizzjoni fit-tul ta’ “ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”.
Nevalwaw il-politiki ambjentali sabiex naraw liema jaħdmu, u kif jaħdmu
Ninsabu bejn wieħed u ieħor bejn il-bidu tal-politika ambjentali fil-livell Ewropew, li bdiet kmieni fis-snin sebgħin, u l-objettiv ta’ l-2050 għall-kisba ta’ sostenibbiltà kif jistabbilixxi s-Seba’ EAP. Il-politika ambjentali Ewropea hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aqwa fid-Dinja. L-ambjent tagħna kieku jidher kemxejn differenti mingħajrha, kif turi l-aħħar valutazzjoni li għamlet l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) “The European environment — state and outlook 2020 (L-ambjent Ewropew - stat u prospetti għall-2020)”. Flimkien ma’ dawn il-valutazzjonijiet, jistgħu jsiru mistoqsijiet bħal “x’jaħdem?”, “kif jaħdem?”, “x’inhuma l-iżvantaġġi?” u “x’inhuma l-prerekwiżiti biex jaħdem?” sabiex titjieb il-politika ambjentali, l-implimentazzjoni tagħha kif ukoll it-tifsila tagħha. L-evalwazzjoni tal-politika tgħin sabiex dawn il-mistoqsijiet jingħataw tweġiba.
Normalment, l-evalwazzjonijiet jindirizzaw kriterji ta’ evalwazzjoni differenti. Dawn il-kriterji spiss jiffokaw fuq ir-rilevanza tal-politiki, l-effettività u l-effiċjenza tagħhom, kif ukoll il-koerenza tagħhom, iżda anki l-valur miżjud tal-politiki f’livell Ewropew, nazzjonali jew lokali. Iktar riċentement, ir-rilevanza ta’ dawn il-kriterji ġiet rikonoxxuta fil-qafas ta’ l-inizjattivi ta’ l-UE għat-titjib tat-tfassil tal-liġijiet, magħrufa wkoll bħala l-inizjattiva għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Hemm firxa ta’ għodod u metodi ta’ evalwazzjoni disponibbli sabiex il-politiki ambjentali jiġu evalwati fl-isfond ta’ dawn il-kriterji, pereżempju l-Evalsed sourcebook tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-kontribuzzjonijiet ta’ l-EEA għall-evalwazzjoni tal-politika ambjentali
L-EEA tipprovdi informazzjoni ambjentali għal dawk li jfasslu l-politiki u għall-pubbliku, u tikkontribwixxi għall-evalwazzjoni tal-politika ambjentali. Filwaqt li għall-ewwel kienet tiffoka fuq l-effikaċja tal-politiki (pereżempju r-rapportar dwar il-proġett tal-miżuri ambjentali), il-ħidma ta’ l-EEA evolviet sabiex bdiet tiffoka wkoll fuq:
- metodoloġiji għall-evalwazzjoni, sabiex ikompli jitjieb il-fehim tagħna tar-relazzjoni bejn il-politiki u l-bidliet fil-qagħda ta’ l-ambjent Ewropew;
- l-effett tal-politiki fuq sistemi speċifiċi, bħall-mobbiltà, sabiex ikun jista’ jinftiehem u jiġi evalwat aħjar il-mod li bih il-politiki jistgħu jikkontribwixxu għal tranżizzjonijiet favur soċjetà iktar sostenibbli fl-Ewropa;
- l-integrazzjoni tal-politiki ambjentali f’oqsma politiċi oħrajn (pereżempju, il-politika komuni tas-sajd).
Il-pubblikazzjonijiet ta’ l-EEA li jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni tal-politika ambjentali huma disponibbli hawnhekk.
Links
- Database ta’ evalwazzjonijiet li saru mill-/għall-Kummissjoni Ewropea
- Glossarju ta’ l-OECD ta’ Termini Ewlenin fl-Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Evalwazzjoni u r-Riżultati
- Climate-Eval, il-komunità online ta’ prattika tal-Fond għall-Ambjent Dinji fil-qasam tal-evalwazzjonijiet tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp
- In-Netwerk tal-Evalwaturi Ambjentali Ewropej
- L-Ewwel Programm ta’ Azzjoni Ambjentali
- Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (is-Seba’ EAP) “ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”.
Permalinks
- Permalink to this version
- b13492c299af015f39c451fac4fd8daf
- Permalink to latest version
- W1RKA5JIHD
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/policy/intro or scan the QR code.
PDF generated on 28 Jun 2022, 08:43 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn