li jmiss
preċedenti
punti

Introduzzjoni dwar is-sajd

Hemm kapaċità żejda kritika fil-flotta tas-sajd Ewropea. Is-sajd żejjed jista' jkollu konsegwenzi serji għall-ambjent tal-baħar kollu. Ċerti tekniki ta' sajd bit-tkarkir, per eżempju, jikkawżaw ħsara lill-ħabitat ta' qiegħ il-baħar li huwa importanti ħafna. Fit-tarf l-ieħor tal-katina tal-ikel, l-għasafar tal-baħar, il-bumerini, il-balieni u l-mammiferi l-oħra tal-baħar ma jibqgħalhom xejn x'jieklu.

Il-mistoqsija ewlenija hija jekk l-Ewropa tistax tevita 'li tistad' l-istokk li baqa' u minflok tiżviluppa industrija li hi sostenibbli kemm għall-ambjent kif ukoll għal dawk li jgħixu minn fuqha. Din it-taqsima tħares lejn ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE, li hija ddisinjata sabiex tagħmel dan possibbli, u tippreżenta studji dwar l-istokks ta' ħut, dwar l-attività tal-flotta tas-sajd u dwar l-aternattivi possibbli, bħat-trobbija tal-ħut.

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet