Artikoli
- Arabic (ar)
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Russian (ru)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Serbian (sr)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Is-saħħa fi klima li qiegħda tinbidel
Jul 05, 2011F’Awwissu 2007, l-awtoritajiet tas-saħħa lokali fl-Italja osservaw numru kbir ta’ każijiet ta’ marda mhux tas-soltu f’Castiglione di Cervia u Castiglione di Ravenna, li huma żewġ villaġġi żgħar mifrudin minn xmara. Kienu affettwati kważi 200 ruħ u miet raġel anzjan wieħed (Angelini et al., 2007).
Il-ħamrija — Ir-riżors minsi
Oct 22, 2010L- Artiku — Għaliex għandu jimpurtani mill-Artiku?
Mar 22, 2010It-tiżwiq tal-ħajja
Mar 22, 2010Il-bijodiversità – ‘l-ekosistema’ li hija s-sostenn tal-ħajja tagħna
Mhix kwistjoni ta’ arja sħuna biss - Id‑diplomazija globali u t‑tfittxija għal suċċessur tal‑Protokoll ta’ Kyoto
Oct 09, 2009Kull xitwa il‑gradi tal‑famużi Ġonna ta’ Tivoli ta’ Kopenħagen, park ta’ divertiment dinji antik fil‑qalba tal‑belt, jinfetħu sabiex jimmarkaw uffiċjalment il‑bidu tal‑perjodu mtawwal tal‑Milied. Madankollu, f’Diċembru li ġej, huwa probabbli li d‑dwal iteptpu ta' Tivoli sejrin jiġu misbuqa mill‑COP 15 — l‑aktar laqgħa globali importanti dwar il‑bidla fil‑klima li qatt saret — hekk kif eluf ta’ diplomatiċi, politiċi, negozjanti, ambjentalisti u esperti dwar il‑klima minn madwar id‑dinja jinġabru fil‑kapitali Daniża.
L-ilma li nieklu — il-piż tqil tar-raba saqwi
Apr 17, 2009L-agrikoltura timponi piż tqil li dejjem qed ikompli jikber fuq ir-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa, li jfisser theddida ta’ nuqqas ta’ ilma u ħsara għall-ekosistemi. Biex jaslu għal użu sostenibbli tal-ilma, il-bdiewa għandhom jingħataw il-inċentivi ta’ prezzijiet, il-pariri u l-għajnuna xierqa.
'L‑ilma tagħna jinqata’ darba jew darbtejn fix‑xahar, xi kultant iktar’ jirrakkonta Barış Tekin mill‑appartament tiegħu f’Beşiktaş, distrett storiku f’Istanbul, fejn huwa jgħix ma’ martu u binthom. 'Aħna għandna madwar 50 litru ilma fil‑fliexken ġewwa l‑appartament għall‑ħasil u t‑tindif, għal dak li jista’ jinqala’. Jekk l‑ilma jkun ilu maqtugħ għal ħin tassew twil ħafna mmorru fil‑post ta’ missieri jew għand il‑ġenituri tal‑mara' ikompli Barış, professur tal‑ekonomija fl‑Università ta’ Marmara.
Bugħarwien qattiel u speċijiet eżotiċi oħra - Il‑bijodiversità tal‑Ewropa qed tgħib b’rata allarmanti
Apr 03, 2009Il‑ġardinaġġ huwa wieħed mill‑interessi tiegħek? Jekk iva u tgħix fl‑Ewropa ċentrali jew tat‑Tramuntana, il‑'bugħarwien qattiel' huwa probabbilment wieħed mill‑għedewwa personali tiegħek. Il‑bugħarwien, li jattakka mingħajr heda l‑pjanti tal‑ħwawar u l‑ħxejjex, jidher li huwa immuni kontra l‑miżuri ta’ kontroll.
Ħrafa ta’ sajjied Fil‑lejl tas‑6 ta’ Ottubru 1986 sajjieda tal‑awwisti mill‑belt żgħira ta’ Gilleleje, fit‑tramuntana ta’ Kopenħagen, li kienu qiegħdin jistadu fil‑Baħar ta’ Kattegat, sabu x‑xbieki tagħhom mimlijin sax‑xfar bl‑awwisti Norveġiżi. Ħafna mil‑annimali kienu mejtin jew qed imutu. Daqs nofshom kienu ta’ lewn stramb.
Kull nifs li tieħu - Il‑kwalità tal‑arja fl‑Ewropa
Mar 02, 2009* Il‑personaġġi f’din l‑istorja huma fittizji. Madankollu d‑dejta hija reali. L‑istorja ġrat fis‑27 ta’ Lulju 2008 meta nħarġet twissija dwar il‑kwalità tal‑arja fi Brussell
Skart mingħajr fruntieri: Zhang Guofu, 35, jaqla’ EUR 700 fix‑xahar, paga enormi għal min jgħix fil‑provinċja Ċiniża, billi jifred iż‑żibel li jinkludi boroż tax‑xirjiet minn katina tas‑supermarkets Brittanika u DVDs bil‑lingwa Ingliża. Il‑verità hi li skart mitfugħ f’barmil taż‑żibel f’Londra, jista’ faċilment isib ruħu sa 5 000 mil ’il bogħod f’fabbrika tar‑riċiklaġġ fid‑delta tax‑Xmara tal‑Perli fiċ‑Ċina.
Jekk il‑bijoenerġija tiżdied f’daqqa – Il‑bidla miż‑żejt għall‑bijoenerġija mhijiex mingħajr riskji
Nov 15, 2008Il‑bijoenerġija mhijiex ġdida. Għal eluf ta’ snin, in‑nies kienu jaħarqu l‑injam. Ir‑rivoluzzjoni industrijali f’nofs is‑snin tal‑1800 ġabet fuq quddiem dawk li huma magħrufin bħala 'fjuwils fossili', prinċipalment il‑faħam u ż‑żejt. Madankollu, il‑fjuwils fossili qegħdin kull ma jmur isiru iktar diffiċli biex jinstabu u jiġu estratti, iqumu aktar flus, u suġġetti għal diskussjoni politika mqanqla.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn