Artikoli
- Arabic (ar)
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Russian (ru)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Serbian (sr)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ilma fl-ibliet
Aug 28, 2012Bit-tkabbir fil-popolazzjoni, l-urbanizzazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, id-domanda għall-ilma ħelu f’żoni urbani qiegħda tiżdied fl-Ewropa. Fl-istess ħin, it-tibdil fil-klima u t-tniġġis qegħdin jaffettwaw ukoll id-disponibbiltà tal-ilma għal residenti tal-ibliet. Kif jistgħu l-ibliet fl-Ewropa jkomplu jipprovdu ilma ħelu nadif għar-residenti tagħhom?
Ilma għall-agrikoltura
Jul 04, 2012L-ikel huwa bżonn u jeħtieġ li jkollna ilma ħelu, nadif, biex nipproduċu l-ikel tagħna. Bid-domanda dejjem tiżdied mill-attivitajiet tal-bniedem fuq naħa, u t-tibdil fil-klima fuq in-naħa l-oħra, ħafna reġjuni speċjalment fin-nofsinhar isibuha diffiċli biex isibu biżżejjed ilma ħelu għall-ħtiġijiet tagħhom. Kif nistgħu inkomplu nkabbru l-ikel mingħajr ma nħallu n-natura bil-għatx għall-ilma ħelu, nadif? Użu aktar effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura jkun ċertament ta’ għajnuna.
Ħela ta’ ikel
Jun 05, 2012Madwar terz tal-ikel prodott madwar id-dinja jintilef jew jinħela. Meta aktar minn biljun ruħ fid-dinja jmorru jorqdu bil-ġuħ, huwa impossibbli li wieħed ma jistaqsix x’jista’ jsir. Iżda l-ħela tal-ikel mhijiex biss opportunità mitlufa biex jintemgħu dawk bil-ġuħ. Tirrappreżenta anki telf sostanzjali ta’ riżorsi oħra bħall-art, l-ilma, l-enerġija — u x-xogħol.
Minn minjiera għal skart, u lil hinn
Jun 05, 2012Kważi kulma nikkonsmaw u nipproduċu jħalli impatt fuq l-ambjent tagħna. Meta niffaċċjaw għażliet ta’ kuljum biex nixtru ċerti prodotti jew servizzi, rari naħsbu dwar l-‘impronta’ li dawn iħallu fuq l-ambjent. Il-prezzijiet fuq l-ixkaffa tagħhom ftit li xejn jirriflettu l-ispejjeż veri tagħhom. Iżda hemm ħafna affarijiet li nistgħu nagħmlu biex il-konsum u l-produzzjoni tagħna jsiru aktar ekoloġiċi.
Kif tagħmel ‘sens kummerċjali’?
Jun 05, 2012Minn impriżi żgħar sa multinazzjonali, diversi kumpaniji qed ifittxu modi kif iżommu jew iżidu s-sehem tagħhom mis-suq. Fi żminijiet ta’ kompetizzjoni globali ħarxa, il-kisba tas-sostenibbiltà tissuġġerixxi ħafna aktar milli l-immaġni korporattiva ‘ssir aktar ekoloġika’ u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Tista’ tfisser linji ġodda ta’ negozju.
Kif iġġib il-prezz ‘ġust’?
Jun 05, 2012Ħafna ekonomiji ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw huma ffokati fuq l-isfruttar tar-riżorsi naturali biex joħorġu lill-popolazzjonijiet tagħhom mill-faqar, filwaqt li potenzjalment jagħmlu ħsara lis-sistemi naturali li jiddependu fuqhom. Is-soluzzjonijiet f’perjodu qasir spiss jgħarrqu l-benessri tal-popolazzjoni fit-tul. Il-gvernijiet jistgħu jgħinu s-swieq biex jistabbilixxu l-prezz ‘ġust’ għas-servizzi tan-natura u jinfluwenzaw l-għażliet ekonomiċi? Din li ġejja hija ħarsa mill-qrib lejn xi jfisser l-użu tal-ilma fil-produzzjoni tal-qoton għal Burkina Faso.
L-għajxien f’soċjetà tal-konsum
Jun 05, 2012Deċennji ta’ tkabbir relattivament kostanti fl-Ewropa biddlu l-mod ta’ kif ngħixu. Nipproduċu u nikkunsmaw aktar prodotti u servizzi. Nivvjaġġaw u ngħixu aktar. Iżda l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi tagħna ġewwa d-dar u barra pajjiżna saru akbar u aktar viżibbli. Il-leġiżlazzjoni ambjentali, meta tiġi implimentata sew, tikseb riżultati effettivi. Wara li jiġi osservat x’inbidel fl-aħħar għoxrin sena, madankollu, nistgħu ngħidu li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu?
It-triq lejn sostenibbiltà globali
Jun 05, 2012Erba’ deċennji ta’ governanza ambjentali għenuna nibnu istituzzjonijiet biex nifhmu u nindirizzaw aħjar il-problemi ambjentali. Għoxrin sena wara s-Summit dwar id-Dinja tal-1992, il-mexxejja tad-dinja ltaqgħu mill-ġdid f’Rio de Janeiro biex iġeddu l-impenn globali għal ekonomija ekoloġika u għat-titjib tal-governanza globali.
Perspettiva Ewropea dwar is-sostenibbiltà
Jun 05, 2012Permezz ta’ serje ta’ miżuri leġiżlattivi, dawk li jfasslu l-politiki fl-UE għandhom l-għan li jrendu lill-Ewropa aktar ‘effiċjenti fl-użu ta’ riżorsi’. Iżda l-Ewropa kif se ssib bilanċ bejn l-ekonomija u n-natura? Fil-kuntest tal-konferenza Rio+20, xi tfisser is-sostenibbiltà għall-UE u l-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp? Din hija perspettiva minnhom.
Lokali u globali
Jun 05, 2012Meta niffaċċjaw l-iskarsezza jew il-pressjonijiet akbar fuq ir-riżorsi vitali bħall-ilma u l-art, il-kwistjoni dwar min jiddeċiedi tista’ tkun importanti daqs dik dwar kif jiġu amministrati u użati r-riżorsi. Il-koordinazzjoni globali spiss hija essenzjali iżda mingħajr approvazzjoni u involviment lokali, xejn ma jista’ jsir b’mod effettiv.
Inħaddru l-ekonomija tagħna
Jun 05, 2012Ħafna nies se jiftakru l-2011 bħala s-sena li fiha raw taqlib finanzjaru, id-diżastru tat-terremot-tsunami-nukleari fil-Ġappun, l-għoti ta’ garanziji finanzjarji lil xi pajjiżi fl-Ewropa, kif ukoll il-protesti tal-massa marbutin mar-Rebbiegħa Għarbija, il-moviment Occupy Wall Street u l-Indignados Spanjoli. Ftit biss se jiftakru li kienet anki s-sena li matulha x-xjenzati skoprew aktar minn 18 000 speċi ġdida li jgħixu fuq il-pjaneta tagħna. U hemm saħansitra inqas nies kapaċi jsemmu speċi waħda li ġiet iddikjarata estinta.
L-iskart fil-Groenlandja
Jun 05, 2012Minn ibliet densament popolati sa villaġġi remoti, kull fejn ngħixu niġġeneraw l-iskart. Ikel żejjed, skart elettroniku, batteriji, karti, fliexken tal-plastik, ħwejjeġ, għamara antika — dawn kollha jridu jintremew. Uħud jispiċċaw jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati; oħrajn jinħarqu għall-enerġija jew jintbagħtu f’miżbliet. Ma hemmx mod wieħed kif jiġi ġestit l-iskart, li jkun japplika għall-iskart kollu kullimkien. Il-mod kif nagħmlu dan irid jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi lokali. Wara kollox, l-iskart jibda bħala problema lokali. Minħabba l-popolazzjoni sparsa, id-distanzi twal bejn il-villaġġi u n-nuqqas ta’ infrastrutturi tagħha, il-gvern tal-Groenlandja jindirizza l-problema tal-iskart tal-pajjiż bil-mod li ġej.
Xhud: it-tifel Chance
Jul 05, 2011Bisie hija l-akbar minjiera fiż-żona. Din tinsab madwar 90 kilometru ‘l ġewwa fil-qalba ta’ foresta densa u tilħaq il-100 metru taħt l-art. Il-minjieri ħafna drabi jkunu aktar minn sempliċi toqba fl-art. Għadd ta’ rġiel u subien ikunu ffullati f’kull minjiera u l-kundizzjonijiet ikunu ħżiena ħafna.
Ngħixu f’dinja interkonnessa
Jul 05, 2011‘…il-piż assolut tal-aspirazzjonijiet u l-istili ta’ ħajja kkombinati ta’ 500 miljun persuna Ewropea huwa kbir wisq. Biex ma nsemmux ix-xewqat leġittimi ta’ ħafna biljuni oħrajn fuq il-pjaneta tagħna biex huma wkoll jgħixu dawk l-istili ta’ ħajja.... Jeħtieġ li nbiddlu l-imġiba tal‑konsumaturi Ewropej. Jeħtieġ li naħdmu fuq l-għarfien tan-nies u ninfluwenzaw id-drawwiet tagħhom.’ Janez Potočnik, Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Ambjent (Marzu 2010)
1.6 biljun ruħ jiddependu fuq il-foresti għall-għajxien tagħhom. Il-foresti jospitaw 300 miljun ruħ madwar id-dinja kollha.
Sfidi kumplessi f’dinja interkonnessa
Jul 05, 2011Waħda mill-konklużjonijiet prinċipali fir-rapport ewlieni tal-EEA, SOER 2010, tidher pjuttost ovvja: ‘l-isfidi ambjentali huma kumplessi u ma jistgħux jinftiehmu b’mod iżolat’.
Dinja urbana
Jul 05, 2011Kont taf? Belt taffettwa żona kbira madwar il-konfini tagħha. Pereżempju, huwa maħsub li Londra weħidha teħtieġ żona ta’ kważi 300 darba aktar mid-daqs ġeografiku tagħha biex tissodisfa d-domandi tagħha u biex tiddisponi mill-iskart u l-emissjonijiet tagħha. (SOER 2010)
L-Isfida tat-Tniġġis
Jul 05, 2011Konsum b’mod insostenibbli
Jul 05, 2011Messaġġ ewlieni: Raġuni ewlenija għaliex il-konsum jaffettwa lill‑ambjent b’mod negattiv u jikkawża użu eċċessiv tar-riżorsi hija minħabba li l-ispejjeż għas-soċjetà tad‑degradazzjoni ambjentali u tar‑riżorsi, mhumiex riflessi b’mod sħiħ fil-prezzijiet tal‑prodotti u s-servizzi. Ħafna prodotti huma rħas minkejja li qegħdin jagħmlu ħsara lill-ambjent, lill-ekosistemi jew lis-saħħa tal-bniedem. (SOER 2010)
Naqsmu r-rikkezzi tan-natura
Jul 05, 2011Minn fost it-8.2 biljun tunnellata ta’ materjali kkonsmati fis-27 pajjiż tal-UE fl-2007, il-minerali kienu jammontaw għal 52 %, il-fjuwils fossili għal 23 %, il-bijomassa għal 21 % u l-metalli għal 4 %. (SOER 2010)
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn