All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
It-tniġġis ambjentali għandu impatt fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tagħna. Il-valutazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent enfasizzaw dawn l-impatti u l-kisbiet potenzjali li nistgħu niksbu minn ambjent aktar nadif. Nistgħu nipprevjenu xi każijiet ta’ kanċer; nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna b’kull azzjoni li nieħdu lejn tniġġis żero fl-Ewropa.
L-Unjoni Ewropea tat bidu għal pjanijiet ambizzjużi biex tnaqqas b’mod drastiku l-emissjonijiet u t-tniġġis matul id-deċennji li ġejjin. Parti minn dan jinkludi l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero li tnieda reċentement u li se jiffoka fuq it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija għal livelli li ma għadhomx jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Aħna ltqajna ma’ Ian Marnane, espert tal-ambjent, tas-saħħa u tal-benesseri tal-EEA. Attwalment qed jaħdem fuq rapport li jmiss tal-EEA dwar it-Tniġġis Żero, li mistenni jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.
It-tniġġis tal-arja, it-tniġġis akustiku u l-impatti tat-tibdil fil-klima huma riskji ewlenin għas-saħħa u l-benesseri ta’ kuljum tal-Ewropej. Tkellimna ma’ Catherine Ganzleben, il-kap tal-grupp, it-tniġġis tal-arja, l-ambjent u s-saħħa, Alberto González, l-espert tal-kwalità tal-arja tal-EEA, u Eulalia Peris, l-espert tat-tniġġis akustiku tal-EEA biex insiru nafu aktar dwar x’qed tagħmel l-EEA biex ittejjeb l-għarfien f’dan il-qasam importanti ta’ xogħol.
Hemm bżonn tittieħed azzjoni mmirata sabiex tipproteġi aħjar l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli tal-Ewropa, inkluż il-foqra, l-anzjani u t-tfal, minn perikli ambjentali bħat-tniġġis tal-arja u tniġġis akustiku u temperaturi estremi. Aleksandra Kazmierczak, esperta tal-adattament għat-tibdil fil-klima tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), tispjega s-sejbiet ewlenin ta’ rapport ġdid tal-EEA li jevalwa r-rabtiet bejn l-inugwaljanzi soċjali u demografiċi u l-esponiment għat-tniġġis tal-arja, tniġġis akustiku u temperaturi estremi.
Ħafna nies għadhom jassoċjaw il-merkurju mat-termometri u ħafna jafu wkoll li huwa tossiku. Minħabba t-tossiċità tiegħu, il-merkurju qed jinqata’ minn prodotti fl-Ewropa iżda ħafna minnu għadu jiċċirkola fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fl-ekosistemi. Il-merkurju għadu problema u x'qed isir dwaru? Aħna intervistajna lil Ian Marnane, espert tal-EEA dwar l-użu tar-riżorsi sostenibbli u l-industrija.
It-tfassil tal-politiki ambjentali mhuwiex kompitu faċli. Min-naħa, l-Ewropej iridu jgawdu l-benefiċċji li tipprovdi ekonomija li tiffunzjona tajjeb. Min-naħa l-oħra, hemm spejjeż tas-saħħa u ambjentali sinifikanti marbuta mal-għażliet tal-istil ta’ ħajja tagħna. Ftehim sistematiku dwar kif in-natura, l-ekonomija u s-saħħa tal-bniedem huma marbutin huwa essenzjali biex jiġu identifikati l-aqwa opzjonijiet ta’ politika disponibbli. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent timmira li tappoġġja t-tfassil tal-politika billi tipprovdi preċiżament dan it-tip ta’ għarfien.
L-Ewropa qiegħda tiġbor dejjem aktar data, b'hekk jittejjeb il-fehim tagħna tal-ambjent. Id-data tal-osservazzjoni tad-dinja miksuba permezz tal-programm Copernicus tal-Unjoni Ewropea tippreżenta sfidi u opportunitajiet ġodda biex intejbu l-għarfien ambjentali tagħna. Billi tikkombina d-data aġġornata ta' Copernicus mal-bażi ta' għarfien eżistenti tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandha l-għan li tagħti s-setgħa lil dawk li jfasslu l-politika u liċ-ċittadini fl-Ewropa kollha biex jieħdu miżuri sabiex jiġu indirizzati sfidi lokali, nazzjonali u globali.
Ix-xahar li għadda l-Aġenzija Ewropa għall-Ambjent (EEA) ħarġet l-aħħar rapport tagħha 'Il-kwalità ta’ l-arja fl-Ewropa' li wera li waqt li l-kwalità tal-arja qed titjieb bil-mod, it-tniġġis ta’ l-arja jibqa’ l-akbar periklu waħdieni għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa. Itlqajna ma’ Alberto González Ortiz, espert tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-EEA, biex niddiskutu s-sejbiet tar-rapport u kif teknoloġiji bħall-immaġni bis-satellita qed jgħinu biex titjieb ir-riċerka dwar il-kwalità ta’ l-arja.
“Trab tal-Afrika” mis-Saħara huwa wieħed mis-sorsi naturali ta’ materja partikulata fl-ajru. Kondizzjonijiet estremament niexfa u sħan fis-Saħara joħolqu turbolenza, li tista’ tgħolli t-trab ’il fuq sa għoli ta’ 4-5 km. Il-partikuli jistgħu jibqgħu f’dan l-għoli għal ġimgħat jew xhur, u ħafna drabi jittajru mal-Ewropa.
Martin Fitzpatrick huwa Uffiċjal Prinċipali għas-Saħħa Ambjentali fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u l-unità tal-istorbju tal-Kunsill tal-Belt ta’ Dublin, fl-Irlanda. Huwa wkoll il-punt ta’ kuntatt f’Dublin għal proġett pilota mmexxi mid-DĠ tal-Kummissjoni Ewropea tal-Ambjent u tal-AEA li jimmira li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-arja. Staqsejnieh kif Dublin jittratta l-problemi tas-saħħa marbuta ma’ kwalità tal-arja ħażina.
Il-kimika tal-atmosfera tagħna hija kumplessa. L-atmosfera tikkontjeni saffi b’densitajiet u kompożizzjonijiet kimiċi differenti. Staqsejna lill-Professur David Fowler miċ-Ċentru għall-Ekoloġija u l-Idroloġija tal-Kunsill tar-Riċerka dwar l-Ambjent Naturali fir-Renju Unit, dwar is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-proċessi kimiċi fl-atmosfera tagħna li għandhom impatt fuq saħħitna u fuq l-ambjent.
It-tniġġis tal-arja mhuwiex l-istess kullimkien. Sustanzi differenti li jniġġsu jiġu rilaxxati fl-atmosfera minn firxa wiesgħa ta’ sorsi. Hekk kif ikunu fl-atmosfera, jistgħu jittrasformaw f'sustanzi ġodda li jniġġsu u jixterrdu madwar id-dinja. It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki biex tiġi indirizzata din il-kumplessità mhumiex kompiti faċli. Ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni dwar l-arja fl-Unjoni Ewropea tinstab hawn taħt.
L-għarfien u l-fehim tagħna tat-tniġġis tal-arja qiegħed jikber kull sena. Għandna netwerk dejjem jespandi ta’ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ li jirrappurtaw dejta dwar firxa wiesgħa ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, kkumplimentata b’riżultati minn mudelli dwar il-kwalità tal-arja. Issa rridu niżguraw li l-għarfien xjentifiku u l-politika jkomplu jiżviluppaw id f’id.
Ħafna minna kapaċi jqattgħu sa 90 % mill-ġurnata tagħna ġewwa — fid-dar, fuq ix-xogħol jew fl-iskola. Il-kwalità tal-arja li nieħdu f’imnifsejna waqt li nkunu fil-magħluq ukoll għandha impatt dirett fuq saħħitna. X’inhu li jiddetermina l-kwalità tal-arja ta’ ġewwa? Hemm xi differenza bejn sustanzi li jniġġsu fuq barra u fil-magħluq? Kif nistgħu intejbu l-kwalità tal-arja fil-magħluq?
Il-klima tagħna qiegħda tinbidel. Ħafna gassijiet li jbiddlu l-klima huma wkoll sustanzi tal-arja komuni li jniġġsu u li jeffettwaw lil saħħitna u lill-ambjent. F’diversi modi, it-titjib tal-kwalità tal-arja jista’ wkoll jagħti spinta lejn sforzi ta' mitigazzjoni ta' tibdil fil-klima u viċi versa, iżda mhux dejjem. L-isfida quddiemna hija li niżguraw li l-politiki tal-klima u tal-arja jiffukaw fuq xenarji pożittivi.
L-Ewropa tejbet il-kwalità tal-arja tagħha f’għexieren ta’ snin riċenti. Emissjonijiet minn ħafna sustanzi li jniġġsu tnaqqsu b’suċċess, iżda l-materja partikulata u t-tniġġis tal-ożonu b’mod partikolari jkomplu jippreżentaw riskji serji għas-saħħa tal-Ewropej.
Nieħdu n-nifs minn x’ħin nitwieldu sa x’ħin immutu. In-nifs huwa bżonn vitali u kostanti, mhux biss għalina iżda għall-ħajja kollha fid-Dinja. Kwalità ħażina tal-arja teffettwana lkoll: tagħmel ħsara lil saħħitna u lill-ambjent, li twassal għal telf ekonomiku. Iżda fiex tikkonsisti l-arja li niġbdu f’imnifsejna u minn fejn jiġu d-diversi sustanzi li jniġġsu l-arja?
L-atmosfera, it-temp u l-varjazzjonijiet staġjonali ilhom jiġbdu l-faxxinu u l-osservazzjoni. Fir-raba’ seklu qabel Kristu, it-trattat ta’ Aristotile bl-isem ta’ Meteoroloġija ġabar l-osservazzjonijiet tal-filosfu l-kbir mhux biss fir-rigward tat-temp, iżda wkoll dwar ix-xjenzi terrestri inġenerali. Sas-17-il seklu, l-arja kienet tissimbolizza “ix-xejn”. Kien maħsub li l-arja ma kellha ebda sinifikat sakemm Galileo Galilei pprova, b’mod xjentifiku, li għandha.
Kull xitwa il‑gradi tal‑famużi Ġonna ta’ Tivoli ta’ Kopenħagen, park ta’ divertiment dinji antik fil‑qalba tal‑belt, jinfetħu sabiex jimmarkaw uffiċjalment il‑bidu tal‑perjodu mtawwal tal‑Milied. Madankollu, f’Diċembru li ġej, huwa probabbli li d‑dwal iteptpu ta' Tivoli sejrin jiġu misbuqa mill‑COP 15 — l‑aktar laqgħa globali importanti dwar il‑bidla fil‑klima li qatt saret — hekk kif eluf ta’ diplomatiċi, politiċi, negozjanti, ambjentalisti u esperti dwar il‑klima minn madwar id‑dinja jinġabru fil‑kapitali Daniża.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/air/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 24 Mar 2023, 02:59 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 12 March 2023 21:56 from version 23.1.28
Software version: EEA Plone KGS 23.3.11
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn