li jmiss
preċedenti
punti

News

Viewer ġdid tal-kwalità tal-arja tal-ibliet Ewropej jippermettilek tiċċekkja l-livelli ta’ tniġġis tal-arja fit-tul fejn toqgħod

Biddel il-lingwa
News Ippubblikat 22 Jun 2021 Mibdul l-aħħar 19 Oct 2021
5 min read
Photo: © Ula Peiciute on Flickr
It-tniġġis tal-arja huwa problema serja f’bosta bliet Ewropej, u huwa riskju reali għas-saħħa. Illum, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) nediet il-viewer tal-kwalità tal-arja tal-ibliet Ewropej. Tista’ tiċċekkja kif kienet il-kwalità tal-arja f’dawn l-aħħar sentejn fil-belt fejn tgħix u tqabbilha ma’ bliet oħra fl-Ewropa.

Fil-viewer il-ġdid tal-kwalità tal-arja tal-ibliet tal-EEA, l-ibliet huma kklassifikati mill-belt l-aktar nadifa għal dik l-aktar imniġġsa, abbażi tal-livelli medji ta’ materja partikolata fina, jew PM2.5, matul l-aħħar sentejn kalendarji. 

Mill-2019 sal-2020, it-tlett ibliet l-aktar nodfa fl-Ewropa f’termini ta’ kwalità tal-arja kienu Umeå fl-Iżvezja, Tampere fil-Finlandja u Funchal fil-Portugall. It-tlett ibliet l-aktar imniġġsa kienu Nowy Sacz fil-Polonja, Cremona fl-Italja u Slavonski Brod fil-Kroazja. 

Mit-323 belt inklużi fil-viewer, il-kwalità tal-arja f’127 belt hija kategorizzata bħala tajba, u dan ifisser li taqa’ taħt il-linja gwida bbażata fuq is-saħħa għall-esponiment fit-tul għal PM2.5 ta’ 10 mikrogrammi għal kull metru kubu tal-ajra (10 μg/m3) stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). 

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet valur ta’ limitu annwali għal PM2.5 ta’ 25 μg/m3 skont il-politiki għat-twassil ta’ arja nadifa fl-Ewropa. Il-viewer jikklassifika l-kwalità tal-arja fit-tul bħala ħażina ħafna meta l-livelli ta’ PM2.5 jkunu f’dan il-livell limitu jew ’il fuq minnu, b’ħamest ibliet fil-Polonja, fil-Kroazja u fl-Italja li jaqgħu f’din il-kategorija. 

Il-materja partikolata fina hija s-sustanza li tniġġes fl-arja bl-akbar impatt fuq is-saħħa f’termini ta’ mwiet prematuri u mard. Il-viewer jipprovdi informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fit-tul f’kull belt. Esponiment fit-tul għal PM2.5 jikkawża mard kardjovaskulari u respiratorju. 

Filwaqt li kien hemm titjib notevoli fil-kwalità tal-arja tal-Ewropa matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-aħħar valutazzjoni annwali tal-kwalità tal-arja tal-EEA sabet li fl-2018 l-esponiment għal materja partikolata fina kkawżat madwar 417 000 mewta prematura f’41 pajjiż Ewropew.

Filwaqt li l-kwalità tal-arja tjiebet b’mod sinifikanti matul dawn l-aħħar snin, it-tniġġis tal-arja jibqa’ għoli b’mod persistenti f’bosta bliet fl-Ewropa kollha. Dan il-viewer tal-kwalità tal-arja tal-ibliet jippermetti li ċ-ċittadini jaraw huma stess faċilment kif il-belt tagħhom tkun sejra meta mqabbla ma’ oħrajn fir-rigward tat-tniġġis tal-arja. Dan jipprovdi informazzjoni konkreta u lokali li tista’ tagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex jindirizzaw il-kwistjonijiet lill-awtoritajiet lokali tagħhom. Se jgħinna lkoll biex niksbu l-għanijiet ta’ tniġġis żero tal-UE.

Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA

 

 


Kif jaħdem il-viewer

Il-viewer jipprovdi datadwar il-livelli ta’ materja partikolata fina f’aktar minn 300 belt fil-pajjiżi membri kollha tal-EEA. Dan juża d-datarapportata lill-EEA mill-pajjiżi membri tagħha skont id-Direttivi tal-Kwalità tal-Arja tal-Ambjent tal-UE. Id-datatiġi minn kejl fuq l-art ta’ PM2.5 li ttieħed minn aktar minn 400 stazzjoni ta’ monitoraġġ f’żoni urbani u suburbani fl-ibliet. Dawn l-istazzjonijiet jipprovdu stampa robusta tal-esponiment tal-popolazzjoni għat-tniġġis fl-arja. 

Il-qari u l-klassifikazzjonijiet huma bbażati fuq il-konċentrazzjoni medja annwali ta’ PM2.5 matul l-aħħar sentejn kalendarji, bl-użu ta’data aġġornata għas-sena l-aktar riċenti udata validata dwar il-kwalità tal-arja għas-sena ta’ qabel l-aħħar. It-tabella tikklassifika l-ibliet Ewropej skont il-livelli medji tagħhom ta’ materja partikolata fina matul l-aħħar sentejn kalendarji sħaħ. Fil-futur l-EEA se tinvestiga l-inkorporazzjoni ta’ sustanzi importanti oħra li jniġġsu fl-arja fl-għodda l-ġdida. 

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) stabbilixxiet linja gwida bbażata fuq is-saħħa għal esponiment fit-tul għal materja partikolata fina ta’ 10 mikrogrammi għal kull metru kubu ta’ ajra (10 μg/m3). L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet valur ta’ limitu annwali għal materja partikolata fina ta’ 25 μg/m3 skont il-politiki għat-twassil ta’ arja nadifa fl-Ewropa. 

Il-viewer jikklassifika l-livelli tal-kwalità tal-arja bħala: 

  • tajbin għal-livelli ta’ materja partikolata fina li huma taħt il-valur tal-linja gwida annwali tal-WHO ta’ taħt l-10 μg/m3,
  • moderati għal-livelli minn 10 sa taħt il-15 μg/m3;
  • baxxi għal-livelli minn 15 sa taħt il-25 μg/m3; u
  • baxxi ħafna għal-livelli fil-valur ta’ limitu tal-Unjoni Ewropea ta’ 25 μg/m3 u ogħla.

Jekk jogħġbok innota li mhux l-ibliet kollha huma inklużi. Is-sett ta’ data jinkludi l-ibliet li huma parti mill-Awditjar Urban tal-Kummissjoni Ewropea u li għandhom popolazzjoni ta’ aktar minn 50 000 abitant. L-ibliet li ma għandhomx stazzjonijiet ta’ monitoraġġ urbani jew suburbani mhumiex inklużi, u lanqas mhuma dawk li għalihom id-data minn dawn l-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ tkopri inqas minn 75 % ta’ jiem f’sena kalendarja. 

Prodotti oħra tal-kwalità tal-arja tal-EEA 

Jekk trid tkun taf kif inhi l-kwalità tal-arja fil-belt tiegħek bħalissa, jekk jogħġbok żur l-Indiċi tal-Kwalità tal-Arja Ewropew. L-indiċi jippreżenta informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja matul l-aħħar jumejn u tbassir ta’ 24 siegħa, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq is-saħħa għal esponiment fuq terminu qasir għat-tniġġis tal-arja. Ikopri wkoll firxa usa’ ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja, li jinkludu materja partikolata, diossidu tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u ożonu. 

Aktar informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa tat-tniġġis tal-arja fl-Ewropa hija disponibbli hawnhekk. 

Ara hawnhekk għall-aħħar rapport annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa.

Permalinks

Geographic coverage

Temporal coverage

Topics

Dokument ta’ Azzjonijiet