Artikoli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Solidarjetà fl-Ewropa fi żminijiet ta’ gwerra
31 Mar 2022L-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna biddlet il-ħajjiet tal-Ukreni minn ġurnata għall-oħra. L-impatti ta’ din il-gwerra mhux ġustifikata jinħassu mhux biss fl-Ukrajna iżda wkoll lil hinn sew mill-fruntieri tal-Ukrajna u se jkomplu jħallu impatt fuqna kollha għas-snin u saħansitra għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Waħda mill-akbar sfidi importanti ta’ żmienna hija dik tat-tibdil fil-klima. L-impatti tiegħu qiegħdin jinħassu madwar id-dinja, li effettivament jaffettwaw lin-nies, in-natura u l-ekonomija. Sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima, għandna bżonn innaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra. Dan ifisser li biex nittraduċu dan l-għan ġenerali f’miżuri konkreti jirrikjedi fehim tas-sistema kumplessa li tgħaqqad emissjonijiet minn sorsi differenti mal-impatti nazzjonali u reġjonali, mal-governanza dinjija u mal-kobenefiċċji potenzjali. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qed tkompli taħdem bis-sħiħ sabiex tkompli ttejjeb l-għarfien meħtieġ għat-tfassil fil-konkret ta’ miżuri effettivi.
Is-soċjetà moderna tiddependi fuq il-moviment ta' prodotti u nies, iżda s-sistemi tagħna ta' trasport attwali għandhom impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Aħna tkellimna ma' Magdalena Jóźwicka, maniġer tal-proġetti ta' rapport li jmiss dwar vetturi elettriċi, dwar il-vantaġġi u l-isfidi ambjentali ta’ l-użu ta’ l-elettriku bħala alternattiva għall-fjuwils konvenzjonali għall-vetturi.
Lil hinn minn Pariġi: l-implimentazzjoni ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju
14 Nov 2016F'Diċembru li għadda f'Pariġi, id-dinja stabbilixxiet għaliha nfisha mira ambizzjuża: li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2 gradi, filwaqt li timmira li tillimita ż-żieda għal 1.5 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali. Fis-summit tal-G20 aktar kmieni dan ix-xahar, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ħabbru l-impenn formali tagħhom li jidħlu fil-ftehim ta' Pariġi. Dan huwa pass kbir 'il quddiem għall-isforz internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jiġi limitat it-tisħin globali. Madankollu, l-impenji attwali ta' tnaqqis magħmulin s'issa minn pajjiżi firmatarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu din il-mira ambizzjuża.
Enerġija rinnovabbli: iċ-ċavetta għall-futur b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju fl-Ewropa
11 Aug 2016Il-futur jidher pożittiv għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli li dejjem iżjed qed ikollhom rwol importanti hekk kif l-Ewropa tipprova tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-karburanti fossili. Tkellimna dwar l-opportunitajiet u l-isfidi quddiemna għall-enerġija nadifa ma’ Mihai Tomescu, espert dwar l-enerġija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
L-ilma li nieklu — il-piż tqil tar-raba saqwi
10 Jun 2009L-agrikoltura timponi piż tqil li dejjem qed ikompli jikber fuq ir-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa, li jfisser theddida ta’ nuqqas ta’ ilma u ħsara għall-ekosistemi. Biex jaslu għal użu sostenibbli tal-ilma, il-bdiewa għandhom jingħataw il-inċentivi ta’ prezzijiet, il-pariri u l-għajnuna xierqa.
Jekk il‑bijoenerġija tiżdied f’daqqa – Il‑bidla miż‑żejt għall‑bijoenerġija mhijiex mingħajr riskji
16 Feb 2009Il‑bijoenerġija mhijiex ġdida. Għal eluf ta’ snin, in‑nies kienu jaħarqu l‑injam. Ir‑rivoluzzjoni industrijali f’nofs is‑snin tal‑1800 ġabet fuq quddiem dawk li huma magħrufin bħala 'fjuwils fossili', prinċipalment il‑faħam u ż‑żejt. Madankollu, il‑fjuwils fossili qegħdin kull ma jmur isiru iktar diffiċli biex jinstabu u jiġu estratti, iqumu aktar flus, u suġġetti għal diskussjoni politika mqanqla.
Permalinks
- Permalink to this version
- d60742e6a099f6a551079cfa740999f6
- Permalink to latest version
- AWUFMYB1ID
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/energy/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 24 May 2022, 12:12 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn