News
Tniġġis Żero: Ħafna mill-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa jilħqu l-ogħla standards ta' kwalità
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
Skont ir-rapport annwali dwar l-Ilma għall-Għawm ippubblikat illum, fl-2021 kważi 85 % tal-imkejjen tal-ilma għall-għawm tal-Ewropa ssodisfaw l-aktar standards stretti tal-Unjoni Ewropea għal kwalità tal-ilma “eċċellenti”. Il-valutazzjoni tagħti indikazzjoni tajba ta' fejn l-għawwiema jistgħu jsibu l-aħjar imkejjen għall-għawm madwar l-Ewropa dan is-sajf. Il-valutazzjoni, imfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, hija bbażata fuq il-monitoraġġ ta' 21,859 imkejjen tal-għawm madwar l-Ewropa. Dawn ikopru lill-Istati Membri tal-UE, l-Albanija, u l-Iżvizzera matul l-2021.
Virginijus Sinkevičius, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd qal: “Dan ir-rapport huwa aħbar tajba għal dawk minna li se jirriżervaw btala tas-sajf mistħoqqa fl-imkejjen tal-għawm sbieħ li għandna fl-Ewropa. Kemm jekk id-destinazzjoni tkunx bajja Griega, għadira Ungeriża, jew xmara Franċiża, aħna nistgħu nkunu ċerti li l-maġġoranza kbira tal-ilmijiet għall-għawm huma ta' kwalità eċċellenti. Dan huwa ta' ġid għall-ambjent, għal saħħitna, u għall-industrija tat-turiżmu Ewropea hekk kif din qiegħda tirkupra mill-pandemija. Aħna impenjati li nżommu dawn l-istandards u li nkomplu ntejbu fit-triq lejn l-objettiv li rridu nilħqu ta' tniġġis żero.”
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: “Ir-riżultati ta' din is-sena huma prova li aktar minn 40 sena ta' azzjoni tal-UE biex ittejjeb il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa hija ta' benefiċċju kemm għal saħħitna kif ukoll għall-ambjent. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Tniġġis Żero u r-reviżjoni tad-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma għall-Għawm se jkomplu jsaħħu l-impenn tagħna biex nipprevjenu u nnaqqsu t-tniġġis għall-għexieren ta' snin li ġejjin.”
Sejbiet ewlenin tar-rapport
Ir-rapport juri li l-kwalità tal-imkejjen kostali, li jikkostitwixxu żewġ terzi tal-imkejjen totali għall-għawm, hija ġeneralment aħjar minn dik tal-imkejjen interni. Fl-2021, 88 % tal-imkejjen kostali għall-għawm tal-UE ġew ikklassifikati ta' kwalità eċċellenti, b'kuntrast ma' 78.2 % tal-imkejjen interni. Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm fl-2006, is-sehem ta' mkejjen “eċċellenti” żdied, u f'dawn l-aħħar snin stabbilizza għal madwar 88 % tal-imkejjen kostali u 78 % tal-imkejjen interni.
Skont ir-rapport, fl-2021 l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma ntlaħqu f'95.2 % tal-imkejjen. Fl-Awstrija, f'Malta, fil-Kroazja, fil-Greċja, f'Ċipru, fid-Danimarka, u fil-Ġermanja, 90 % jew aktar tal-ilmijiet għall-għawm jissodisfaw l-istandard ta' kwalità “eċċellenti”.
Is-sehem ta' mkejjen ta' kwalità baxxa naqas mill-2013 'l hawn. Fl-2021, l-ilmijiet għall-għawm ta' kwalità baxxa kienu jikkostitwixxu 1.5 % tal-imkejjen kollha fl-UE, b'kuntrast ma' 2 % fl-2013. Il-kwalità baxxa ħafna drabi tirriżulta minn tniġġis fuq perjodu qasir. Ir-rapport jenfasizza li valutazzjonijiet aħjar tas-sorsi tat-tniġġis u l-implimentazzjoni ta' miżuri integrati għall-ġestjoni tal-ilma jistgħu jgħinu biex tittejjeb il-kwalità tal-ilma.
Flimkien mar-Rapport dwar l-Ilma għall-Għawm ta' din is-sena, l-EEA ppubblikat ukoll mappa interattiva aġġornata li turi l-livell ta' kull wieħed mill-imkejjen tal-għawm. Ir-rapporti aġġornati tal-pajjiżi huma disponibbli wkoll, kif ukoll aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fil-pajjiżi.
Kuntest
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm tal-Ewropa tjiebet ħafna tul l-aħħar għexieren ta' snin bis-saħħa tal-monitoraġġ u l-ġestjoni sistematiċi introdotti skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tal-UE u liġijiet ambjentali oħra tal-UE, fosthom id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma għall-għawm tispeċifika jekk il-kwalità tal-ilma għall-għawm tistax tiġi klassifikata bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “baxxa” skont il-livelli tal-batterji fekali li jinsabu fih. Meta l-ilma jiġi kklassifikat ta' kwalità “baxxa”, l-Istati Membri għandhom jieħdu ċerti miżuri, pereżempju jipprojbixxu l-għawm jew jagħtu parir lin-nies biex ma jgħumux hemmhekk, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni lill-pubbliku, u jieħdu l-azzjonijiet korrettivi adatti.
Dawn ir-regoli wasslu biex tnaqqas b'mod drastiku l-ammont ta' ilma mormi muniċipali u industrijali mhux ittrattat jew ittrattat parzjalment li jispiċċa fl-ilma għall-għawm. B'riżultat ta' dan, jista' anki jsir għawm f'ħafna żoni tal-ilma tal-wiċċ li jinsabu fil-bliet, li qabel kienu mniġġsa bil-kbir.
Bħalissa i-Kummissjoni Ewropea qed tirrieżamina d-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm. L-objettiv huwa li jiġi vvalutat jekk ir-regoli attwali għadhomx validi biex jipproteġu s-saħħa pubblika u jtejbu l-kwalità tal-ilma jew jekk hemmx il-ħtieġa li jitjieb il-qafas eżistenti, partikolarment billi jiġu indirizzati parametri ġodda.
L-Istati Membri tal-UE kollha kif ukoll l-Albanija u l-Iżvizzera jimmonitorjaw l-imkejjen tal-għawm tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm.
L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm hija appoġġata minn qafas wiesa' ta' leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma, inklużi d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali, id-Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, u d-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi.
Għal aktar informazzjoni
Ir-regoli tal-UE dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm
Rieżami tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm.
Uffiċċju Stampa tal-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (EEA):
Constant Brand, constant.brand@eea.europa.eu
Telefown: +45 2174 1872
Antti Kaartinen, antti.kaartinen@eea.europa.eu
Telefown: +45 2336 1381
Permalinks
- Permalink to this version
- 93c2a2f52249444f8e049bcb6b66d881
- Permalink to latest version
- 7O65IXSNHU
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/tniggis-zero-hafna-mill-ilmijiet or scan the QR code.
PDF generated on 04 Jul 2022, 06:18 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn