L-ilma u l-ambjent tal-baħar
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-ħajja kollha fuq il-pjaneta tagħna — inklużi l-ekosistemi, is-soċjetà u l-ekonomija tagħna — tiddependi fuq l-ilma. L-ekosistemi tal-baħar u tal-ilma ħelu għandhom bosta funzjonijiet vitali: jiffiltraw, jiddilwaw u jaħżnu l-ilma, jipprevjenu l-għargħar, iżommu l-bilanċ tal-klima fil-livelli lokali u globali, jissalvagwardjaw id-diversità bijoloġika Iktar
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
Ħafna nies għadhom jassoċjaw il-merkurju mat-termometri u ħafna jafu wkoll li huwa tossiku. Minħabba t-tossiċità tiegħu, il-merkurju qed jinqata’ minn prodotti fl-Ewropa iżda ħafna minnu għadu jiċċirkola fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fl-ekosistemi. Il-merkurju għadu problema u x'qed isir dwaru? Aħna intervistajna lil Ian Marnane, espert tal-EEA dwar l-użu tar-riżorsi sostenibbli u l-industrija.
Aħbar tajba għat-turisti: kwalità eċċellenti tal-ilma fil-biċċa l-kbira tas-siti għall-għawm tal-Ewropa
News 29 May 2018Minkejja tnaqqis żgħir fir-riżultati, 85% tas-siti għall-għawm madwar l-Ewropa mmonitorjati fl-2017 laħqu l-ogħla u l-aktar standards stretti ta’ kwalità “eċċellenti” għall-ilmijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom ħielsa minn sustanzi li jniġġsu, skont l-aħħar rapport annwali Ewropew dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm ippubblikat illum. Ir-riżultati jagħtu indikazzjoni tajba ta’ fejn it-turisti jistgħu jsibu l-aħjar ilma għall-għawm ta’ kwalità dan is-sajf.
X’jiġi f’moħħok meta taħseb fl-ilma? Tista’ taqbad dan il-ħsieb f’ritratt? L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tistiednek tibgħat ir-ritratti l-aktar kreattivi tiegħek lil WaterPIX, kompetizzjoni tal-fotografija dwar l-ilma. L-aħjar ritratti se jirċievu premju fi flus.
Il-ħajja fil-baħar, il-klima globali u l-ekonomija u l-benesseri soċjali tagħna kollha jiddependu minn ibħra b'saħħithom. Minkejja ċertu titjib, il-valutazzjonijiet tagħna juru li l-mod kif attwalment qegħdin nużaw l-ibħra Ewropej għadu insostenibbli. It-tibdil fil-klima u l-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali jżidu aktar pressjoni fuq l-ambjent tal-baħar. Il-politiki u l-miżuri Ewropej jistgħu jirriżultaw f'aktar titjib meta jkunu implimentati permezz ta' approċċ ta' "ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema" u jkunu appoġġjati minn qafas ta' governanza globali tal-oċeani.
Signals jeħodna fuq vjaġġ li jsegwi l-mogħdija tal-ilma mill-glaċieri tal-Alpi sal-permafrost tal-Artiku u d-delta tal-Ganġes. Nivvjaġġaw għal postijiet familjari u oħrajn imbegħdin ħafna, u nikkunsidraw kif nistgħu nibnu mill-ġdid ir-relazzjonijiet tagħna mal-elementi kruċjali tal-ħajja ta’ kuljum: l-ilma, il-ħamrija, l-arja u l-annimali u l-pjanti li jsawru t-tiżwiq tal-ħajja fid-Dinja.