Temi u dejta dwar l-ilma
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Irridu ilma nadif u li jista’ jintuża kuljum: biex nixorbu, ninħaslu, insajru u nipproduċu ħafna oġġetti u servizzi. Il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma - u l-iżgurar tal-kwalità ekoloġika tagħhom - huwa l-qofol tal-politika ambjentali. Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) (2000/60/KE) , li ġiet introdotta fis-sena 2000, kienet l-ewwel direttiva li ħadet approċċ integrat ‘ibbażat fuq l-ekosistemi’ għal dan il-kompitu: il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-ilma ugwalment f’termini ta’ kwalità tal-ilma, il-kwantità tal-ilma, u r-rwol tagħhom bħala ħabitats.
Madankollu, x’aktarx li kważi nofs il-korpi tal-ilma tal-Ewropa sejrin jonqsu milli jilħqu l-mira tad-WFD u sejrin jibqgħu fi stat ekoloġiku ħażin fl-2015 (Rapport tal-EEA 08/2012). Dan huwa dovut għal diversi raġunijiet.
Iċ-ċiklu naturali tad-disponibbiltà tal-ilma huwa kontinwament taħt theddida minn varjetà ta’ pressjonijiet differenti. Dawn il-pressjonijiet jesponu l-ekosistemi ta’ ilma ħelu u s-soċjetajiet għal nuqqasijiet ikkaġunati mill-bniedem, tniġġis u eċċessi ta’ ilma, sitwazzjoni magħrufa bħala ‘vulnerabbiltà‘. L-użu tal-art, l-estrazzjoni tal-ilma u t-tibdil fil-klima huma bidliet indotti mill-bniedem li jbiddlu r-‘reġimi ta’ flussi’ naturali tal-korpi tal-ilma.
Diversi sorsi jindikaw ukoll żbilanċ fl-ilma tal-wiċċ tal-Ewropa (l-ilma fix-xmajjar u l-għadajjar) u ta’ taħt l-art (akwiferi ta’ taħt l-art). L-użu tal-ilma ħafna drabi jeċċedi d-disponibbiltà tal-ilma, u dan jirriżulta fl-istress tal-ilma madwar ħafna mill-Ewropa (Rapport tal-EEA 11/2012).
L-ekosistemi tal-ilma għandhom ħafna funzjonijiet: filtrazzjoni, dilwizzjoni u l-ħażna tal-ilma ħelu; il-prevenzjoni tal-għargħar; iż-żamma tal-bilanċ mikroklimatiku; u s-salvagwardja tal-bijodiversità. Il-protezzjoni ta’ dawn il-benefiċċji multifunzjonali teħtieġ prospetti korrispondenti wiesgħa. Titlob l-integrazzjoni tal-politiki dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità b’politika settorjali bħal dik li tittratta l-agrikoltura, l-enerġija u t-trasport.
Politiki tal-UE
Il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma komuni u l-ekosistemi tal-Ewropa mit-tniġġis, it-teħid żejjed u l-bidliet strutturali teħtieġ azzjoni konċertata fil-livell tal-UE.
Id-WFD tipprovdi qafas għall-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma fil-Komunità Ewropea (Direttiva 2000/60/KE). Taħt l-implimentazzjoni tagħha, l-Istati Membri l-ewwel għandhom jidentifikaw u janalizzaw l-ilmijiet Ewropej, skont il-baċir u d-distrett idrografiku individwali. Imbagħad għandhom jadottaw pjanijiet u programmi ta’ ġestjoni ta’ miżuri biex jipproteġu l-korpi tal-ilma fil-baċiri idrografiċi Ewropej kollha. L-adozzjoni tad-WFD kienet ikkumplimentata b’politiki preċedenti tal-UE dwar l-ilma li għadhom fis-seħħ, bħal dawk li jikkonċernaw l-ilma urban mormi jew ilma għall-għawm.
Fl-2012, il-Kummissjoni ppubblikat Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa (COM(2012)673). Tiffoka fuq l-azzjonijiet ta’ politika li jistgħu jgħinu jtejbu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-ilma, u fuq l-integrazzjoni ta’ objettivi tal-politika tal-ilma f’politiki oħrajn.
Il-Blueprint issaħħaħ il-politika tal-ilma relatata mal-kwantità tal-ilma u l-effiċjenza fir-riżorsi tal-ilma għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma fil-qafas ta’ żmien tal-Istrateġija 2020 tal-UE sal-2050. Minbarra d-WFD u l-Blueprint, erba’ direttivi dwar l-ilma jikkontribwixxu għal miżuri li jiżguraw l-istat tajjeb tal-ilmijiet tal-Ewropa (id-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi (91/271/KEE), id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm (2006/7/KE), id-Direttiva dwar in-Nitrati (91/676/KEE) u d-Direttiva dwar l-Ilma Tajjeb għax-Xorb (98/83/KE)). Id-Direttiva dwar l-Għargħar (2007/60/KE), li għandha l-għan li trawwem pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju tal-għargħar, issaħħaħ ukoll b’mod sinifikanti l-objettivi tad-WFD.
Attivitajiet tal-EEA
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tappoġġja l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki eżistenti u futuri tal-UE dwar l-ilma. Tikkontribwixxi għal bażi ta’ għarfien komprensiv għat-tfassil tal-politika li tindirizza l-preservazzjoni, ir-reżistenza u r-restawr tal-ilmijiet Ewropej. L-informazzjoni estensiva tal-EEA dwar l-ilma tieħu l-għamla ta’ rapporti, dejta, indikaturi u valutazzjonijiet, li huma kollha aċċessibbli permezz taċ-Ċentru tad-Dejta dwar l-Ilma.
Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE) hija sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Eurostat) u l-EEA. WISE hija l-punt ta’ dħul l-aktar komprensiv u multi-istituzzjonali għall-għarfien dwar l-ilma. Iċ-Ċentru tad-Dejta dwar l-Ilma, li huwa parti importanti minn WISE, jospita d-dejta u l-informazzjoni miġbura mill-istituzzjonijiet tal-UE biex iservi diversi partijiet interessati. Permezz tal-viżwalizzaturi ta’ WISE u l-mapep interattivi, firxa wiesgħa ta’ informazzjoni tista’ tiġi aċċessata u ppreżentata fil-kuntest spazjali tagħha.
Matul l-2012, l-EEA ppreżentat serje ta' rapporti biex tivvaluta l-istat tal-ilmijiet Ewropej. Dawn ir-rapporti evalwaw l-aspetti kritiċi tal-ilma għat-tfassil tal-politika (eż. l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomiji tal-ilma, l-istat ekoloġiku u kimiku, l-idromorfoloġija, il-vulnerabbiltà u l-bijodiversità).
Il-missjoni tal-EEA hija li tipprovdi informazzjoni f’waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli dwar kwistjonijiet marbuta mal-ilma. Dan huwa appoġġjat miċ- Ċentru Tematiku Ewropew dwar l-Ilmijiet Interni, Kostali u tal-Baħar (ETC/ICM).
Ħasa Ġenerali
L-EEA sejra tkompli tipprovdi informazzjoni u valutazzjonijiet dwar l-ilma, b’enfasi dejjem akbar fuq l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi u esplorazzjoni tar-rwol tal-ġestjoni tal-ilma fl-ekonomija ekoloġika. Il-valutazzjonijiet tal-ekosistemi u l-effiċjenza fir-riżorsi tal-ilma huma elementi ewlenin għall-ġestjoni futura tal-ilma li tkun sostenibbli. WISE sejra tkompli tospita l-bażi ta’ għarfien meħtieġ biex tivvaluta l-progress fit-triq tal-Ewropa lejn stat tajjeb għall-korpi kollha tal-ilma tagħha.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn