Adattament għat-tibdil fil-klima
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
It-tibdil fil-klima qed iseħħ issa u huwa mistenni li jkompli: it-temperaturi qed jiżdiedu, ix-xejriet ta’ nżul ix-xita qed jinbidlu, is-silġ u l-borra qed idubu, u l-livell tal-baħar qed jogħla. Avvenimenti ta’ temp estrem u dawk relatati mal-klima li jirriżultaw f’perikli bħall-għargħar u nixfa se jsiru aktar frekwenti u intensi f’ħafna reġjuni. L-impatti u l-vulnerabbiltajiet għall-ekosistemi, is-setturi ekonomiċi, u s-saħħa u l-benesseri tal-bnedmin huma differenti madwar l-Ewropa. Anki jekk l-isforzi globali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ikunu effettivi, xi tibdil fil-klima huwa inevitabbli, u huma meħtieġa azzjonijiet kumplimentari biex isir adattament għall-impatti tiegħu. Iktar
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
Hemm bżonn tittieħed azzjoni mmirata sabiex tipproteġi aħjar l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli tal-Ewropa, inkluż il-foqra, l-anzjani u t-tfal, minn perikli ambjentali bħat-tniġġis tal-arja u tniġġis akustiku u temperaturi estremi. Aleksandra Kazmierczak, esperta tal-adattament għat-tibdil fil-klima tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), tispjega s-sejbiet ewlenin ta’ rapport ġdid tal-EEA li jevalwa r-rabtiet bejn l-inugwaljanzi soċjali u demografiċi u l-esponiment għat-tniġġis tal-arja, tniġġis akustiku u temperaturi estremi.
Hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex iċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa jiġu protetti mit-tniġġis tal-arja, mill-istorbju u mit-temperaturi estremi
News 04 Feb 2019Hemm bżonn ta’ azzjoni mmirata biex tipproteġi aħjar lill-foqra, lill-anzjani u lit-tfal minn perikli ambjentali bħat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju u temperaturi estremi, speċjalment fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa. Rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ippubblikat illum, iwissi li s-saħħa taċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa tibqa’ affettwata b’mod sproporzjonata minn dawn il-perikli, minkejja t-titjib ġenerali fil-kwalità ambjentali tal-Ewropa.
Iċ-ċiklu tal-ilma — Kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-kwalità u l-kwantità tal-ilma
Infographic 13 Nov 2018
Waħda mill-akbar sfidi importanti ta’ żmienna hija dik tat-tibdil fil-klima. L-impatti tiegħu qiegħdin jinħassu madwar id-dinja, li effettivament jaffettwaw lin-nies, in-natura u l-ekonomija. Sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima, għandna bżonn innaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra. Dan ifisser li biex nittraduċu dan l-għan ġenerali f’miżuri konkreti jirrikjedi fehim tas-sistema kumplessa li tgħaqqad emissjonijiet minn sorsi differenti mal-impatti nazzjonali u reġjonali, mal-governanza dinjija u mal-kobenefiċċji potenzjali. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qed tkompli taħdem bis-sħiħ sabiex tkompli ttejjeb l-għarfien meħtieġ għat-tfassil fil-konkret ta’ miżuri effettivi.
L-agrikoltura tikkontribwixxi kemm għat-tibdil fil-klima kif ukoll hija affettwata mit-tibdil fil-klima. L-UE teħtieġ li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura u taddatta s-sistema tagħha ta’ produzzjoni ta’ l-ikel biex tlaħħaq mat-tibdil fil-klima. Meta ffaċċjati b’domanda globali dejjem tikber u kompetizzjoni għal riżorsi, il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel tal-UE jeħtieġu li wieħed jarahom f’kuntest iktar wiesa’, li jorbot l-agrikoltura, l-enerġija, u s-sigurtà ta’ l-ikel.
Signals jeħodna fuq vjaġġ li jsegwi l-mogħdija tal-ilma mill-glaċieri tal-Alpi sal-permafrost tal-Artiku u d-delta tal-Ganġes. Nivvjaġġaw għal postijiet familjari u oħrajn imbegħdin ħafna, u nikkunsidraw kif nistgħu nibnu mill-ġdid ir-relazzjonijiet tagħna mal-elementi kruċjali tal-ħajja ta’ kuljum: l-ilma, il-ħamrija, l-arja u l-annimali u l-pjanti li jsawru t-tiżwiq tal-ħajja fid-Dinja.
EEA Briefing 3/2005 - Il-Vulnerabbiltà u l-Adattament għat-Tibdil Klimatiku fl-Ewropa
Pubblikazzjoni 07 Dec 2005