All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
L-ilma nadif għall-għawm huwa importanti ħafna għaċ-ċittadini Ewropej, u din l-informazzjoni ser tippermettilhom li jesiġu li jkollhom l-ogħla kwalità tal-ilma fil-lagi, fix-xmajjar u fil-bajjiet. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija essenzjali biex l-ilma għall-għawm fl-Ewropa jkollu minitoraġġ kontinwu, speċjalment peress li qed jidhru aktar l-effetti tat-tibdil fil-klima.
Il-Professoressa Jacqueline McGlade, id-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Ċipru l-iktar li għamlet progress, b'100 % tas-siti għall-għawm tagħha jilħqu l-valuri ta’ gwida stretti, segwita mill-Kroazja (97.3 %), Malta (95.4 %), il-Greċja (94.2 %) u l-Irlanda (90.1 %). Ir-riżultati joħorġu mir-Rapport Annwali dwar l-Ilma għall-Għawm tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Kummissjoni Ewropea, li jqabblu l-kwalità tal-ilma f'aktar minn 21 000 sit għall-għawm kostali jew interjuri fl-UE-27. Il-Kummissjoni adottat ukoll sinjali u simboli ġodda li ser jintużaw biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u dwar ir-restrizzjonijiet għall-għawm (ara l-ħolqa hawn taħt).
Il-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik qal: "Nosserva bi pjaċir li l-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa għadha għolja, għalkemm għad hemm lok għal titjib. L-Ilma nadif huwa riżors imprezzabbli, u ma għandniex inqisuh bħalli kieku ħaġa fatta. Ninkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżguraw li t-tnaqqis żgħir li esperjenzajna s-sena l-oħra ntuh xejra 'l fuq."
Il-Professoressa Jacqueline McGlade, id-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, żiedet tgħid: “L-ilma nadif għall-għawm huwa importanti ħafna għaċ-ċittadini Ewropej, u din l-informazzjoni ser tippermettilhom li jesiġu li jkollhom l-ogħla kwalità tal-ilma fil-lagi, fix-xmajjar u fil-bajjiet. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija essenzjali biex l-ilma għall-għawm fl-Ewropa jkollu minitoraġġ kontinwu, speċjalment peress li qed jidhru aktar l-effetti tat-tibdil fil-klima.”
Ir-rapport qed jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Istati Membri matul l-istaġun għall-għawm tal-2010, sabiex l-għawwiema jistgħu jsibu żoni fejn il-kwalità tal-ilma hija mistennija li tkun tajba matul l-2011. Ir-rapport juri x-xejriet tal-kwalità tal-ilma għall-għawm mill-1990.
L-analiżi qed tiġbor flimkien id-dejta minn aktar minn 21,000 sit bl-ilma għall-għawm innominat madwar l-Ewropa, li madwar 70% minnhom huma siti kostali u l-kumplament huma ilmijiet għall-għawm interjuri. Is-siti huma kklassifikati bħala dawk konformi mal-valuri obbligatorji, dawk konformi mal-valuri ta’ gwida aktar stretti, jew dawk li mhumiex konformi.
Fl-2010, 92.1% tal-ilmijiet għall-għawm kostali u 90.2% tal-ilmijiet għall-għawm interjuri laħqu l-istandards minimi ta’ kwalità. 1.2% biss tal-ilmijiet għall-għawm kostali u 2.8% biss tas-siti interjuri ma kienux konformi. Il-kumplament mhumiex ikklassifikati minħabba nuqqas ta’ dejta.
B’mod ġenerali, bejn l-2009 u l-2010 naqset il-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm kostali – l-għadd tal-ilmijiet għall-għawm li laħqu l-valuri obbligatorju niżel bi 3.5%, filwaqt li l-għadd ta' dawk li laħqu l-valuri ta’ gwida niżel b’9.5%.
Il-kwalità tal-ilma interjuri naqset ukoll. L-għadd ta’ xmajjar u lagi li laħqu l-valuri ta’ gwida naqas b’10.2%, għalkemm il-konformità mal-valuri obbligatorji kważi baqa’ l-istess. Ix-xmajjar kienu partikolarment problematiċi, b’25% biss tal-ilmijiet tax-xmajjar għall-għawm laħqu l-valuri ta’ gwida.
L-ilma għall-għawm fl-Ewropa għandu jkun konformi mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm (2006/7/KE) adottata fl-2006, li taġġorna u tissimplifika l-leġiżlazzjoni preċedenti. Id-Direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sa Marzu 2008, għalkemm l-Istati Membri għandhom sa’ Diċembru 2014 biex jimplimentawha. Matul l-istaġun għall-għawm tal-2010, 20 Stat Membru mmonitorjaw u rrapportaw il-kwalità tal-ilma għall-għawm skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda.
Iċ-ċittadini Ewropej jistgħu jiksbu tagħrif dwar il-kwalità tal-ilma tal-post favorit tagħhom għall-għawm billi jiċċekkjaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE). Is-sit jippermetti li l-utenti jniżżlu dejta u jiċċekkjaw mapep interattivi, mil-livell Ewropew sal-livell individwali ta’ stazzjon ta’ monitoraġġ. Il-pubbliku jista’ jirrapporta l-istat tal-ilma tal-lokal tiegħu billi jagħmel użu mill-websajt Eye on Earth.
Ir-Rapport dwar l-Ilma għall-Għawm tal-2010, li jinkludi d-dejta u l-preżentazzjoni tal-mapep
Is-Sit tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-siti tal-Ilma għall-Għawm
Niżżel is-simboli l-ġodda: http://ec.europa.eu/environment/water/water-bathing/signs.htm
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/pressroom/newsreleases/l-ambjent-il-kwalita-tal or scan the QR code.
PDF generated on 09 Nov 2024, 03:25 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn