News
Kompetizzjoni tal-fotografija dwar l-impatti u s-soluzzjonijiet tat-tibdil fil-klima
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-kompetizzjoni l-ġdida tal-fotografija tal-EEA Climate Change PIX għandha l-għan li taqbad dak kollu li hemm madwarna: klima li qed tinbidel u r-reazzjonijiet tagħna għaliha. Ibgħatilna l-aħjar ritratti tiegħek sal-1 ta’ Awwissu 2021 f’erba’ kategoriji tal-kompetizzjoni:
1. Impatti tat-tibdil fil-klima fuq in-natura
It-tibdil fil-klima, kif jaffettwa l-ambjent tagħna? Tista’ turi bidliet fl-arja, fl-art, fl-ilma jew fl-organiżmi selvaġġi?
2. Impatti tat-tibdil fil-klima fuq is-soċjetà
It-tibdil fil-klima, kif jaffettwa l-mod ta’ kif ngħixu? Tista’ turi kif dan jaffettwa saħħitna, l-istili ta’ ħajja, l-ambjent mibni, jew l-ekonomija?
3. Soluzzjonijiet soċjali għat-tibdil fil-klima
Mill-komunitajiet lokali għal inizjattivi madwar l-Ewropa kollha, qed innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u nadattaw għat-tibdil fil-klima. Tista’ turi dan permezz tar-ritratti tiegħek?
4. Azzjoni individwali dwar it-tibdil fil-klima
In-nies qed ifittxu stili ta’ ħajja b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u qed jieħdu azzjonijiet biex ikampaw ma’ temp estrem. Dan kif jidher minn fejn toqgħod?
Informazzjoni dwar Climate Change PIX
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini tat-32 pajjiż membru tal-EEA u sitt pajjiżi li jikkooperaw, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, u s-Serbja. Il-parteċipanti kollha għandu jkollhom 18-il sena jew aktar. Aqra aktar dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni u kif tipparteċipa fil-paġna tal-kompetizzjoni “Climate Change PIX”.
Ir-rebbieħa fl-erba’ kategoriji tal-kompetizzjoni se jirċievu premju fi flus ta’ EUR 1,000 kull wieħed. L-EEA se tagħti wkoll Premju speċjali taż-Żgħażagħ għall-aħjar ritratt sottomess minn żagħżugħ(a) u Premju tal-Għażla Pubblika se jintgħażel minn fost il-finalisti kollha permezz ta’ votazzjoni online.
L-EEA se tħabbar ir-rebbieħa fil-ħarifa tal-2021.
Permalinks
- Permalink to this version
- 82789128134147b984718fc8639712f1
- Permalink to latest version
- C4NAG2Y0WZ
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/kompetizzjoni-tal-fotografija-dwar-l-1 or scan the QR code.
PDF generated on 03 Jul 2022, 02:39 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn