Titjib fit-tibdil tal-klima
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
It-tibdil fil-klima diġà qed iseħħ: it-temperaturi qed jiżdiedu, ix-xejriet ta’ nżul ix-xita qed jinbidlu, il-glaċieri u s-silġ qed idubu, u l-livell medju tal-baħar globali qed jogħla. Il-biċċa l-kbira tat-tisħin huwa probabbli ħafna dovut għaż-żieda osservata fil-konċentrazzjonijiet tal-gass serra fl-atmosfera minħabba l-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-bniedem. Biex intaffu t-tibdil fil-klima, aħna għandna nnaqqsu jew nevitaw dawn l-emissjonijiet. Iktar
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
L-Istati Membri tal-UE jeħtieġu aktar ambizzjoni biex jilħqu l-mira konġunta tal-enerġija rinnovabbli
News 13 Feb 2019Is-sehem ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-użu tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea (UE) rdoppja mill-2005 ’l hawn, iżda dan it-tkabbir beda jonqos f’dawn l-aħħar snin, speċjalment minħabba ż-żieda fil-konsum tal-enerġija u n-nuqqas ta’ progress fis-settur tat-trasport. Ir-rapport il-ġdid tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) juri li jeħtieġ li l-Istati Membri tal-UE jżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-mira għall-2020 tal-enerġija rinnovabbli.
EEA: 25 sena ta’ għarfien dejjem jikber għall-appoġġ tal-politiki ambjentali Ewropej
Article 10 Jan 2019L-Unjoni Ewropea (UE) għandha waħda mill-għadd ta’ miri klimatiċi u ambjentali l-iktar ambizzjużi fid-dinja, li jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika mill-kwalità tal-arja, l-iskart u l-kwalità tal-ilma sa l-enerġija u t-trasport. Abbażi ta’ data rrappurtata mill-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tgħin biex ikun hemm monitoraġġ tal-progress u tidentifika l-oqsma fejn hemm bżonn ta’ aktar ħidma. Mit-twaqqif tagħha 25 sena ilu, l-EEA ilha tiżviluppa d-data u x-xogħol tal-għarfien tagħha biex tappoġġa t-tfassil tal-politika fl-Ewropa.
Il-vetturi elettriċi, huma aħjar mill-karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diżil għall-klima u għall-kwalità tal-arja tagħna? Aħna poġġejna flimkien ma’ Andreas Unterstaller, espert tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) dwar it-trasport u l-ambjent biex niddiskutu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-vetturi elettriċi, li huwa l-għan ċentrali tar-rapport ġdid tal-EEA.
Id-domanda għat-trasport hija marbuta mill-qrib mal-attività ekonomika: f’perjodi ta’ tkabbir, ir-riżultat ekonomiku jikber, jiġu ttrasportati aktar prodotti u aktar nies jivvjaġġaw. L-impatti tat-trasport fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u t-tibdil fil-klima huma marbuta mill-qrib mal-għażla tal-fjuwil. Fjuwils alternattivi nodfa, inkluż l-elettriku, diġà huma disponibbli u jistgħu jikkostitwixxu opzjonijiet vijabbli għall-petrol u d-diżil. It-tul tal-vjaġġ għandu rwol fid-determinazzjoni ta’ kemm hu adatt it-tip ta’ fjuwil.
L-agrikoltura tikkontribwixxi kemm għat-tibdil fil-klima kif ukoll hija affettwata mit-tibdil fil-klima. L-UE teħtieġ li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura u taddatta s-sistema tagħha ta’ produzzjoni ta’ l-ikel biex tlaħħaq mat-tibdil fil-klima. Meta ffaċċjati b’domanda globali dejjem tikber u kompetizzjoni għal riżorsi, il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel tal-UE jeħtieġu li wieħed jarahom f’kuntest iktar wiesa’, li jorbot l-agrikoltura, l-enerġija, u s-sigurtà ta’ l-ikel.
Sinjali tal‑EEA 2009, Kwistjonijiet ambjentali ewlenin li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l‑Ewropa
Pubblikazzjoni 09 Jan 2009
L-immaniġġjar aħjar ta’ l-iskart muniċipali inaqqas l‑emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra
Pubblikazzjoni 31 Jan 2008