li jmiss
preċedenti
punti

News

Kompetizzjoni tal-fotografija dwar l-impatti u s-soluzzjonijiet tat-tibdil fil-klima

Biddel il-lingwa
News Ippubblikat 02 Jun 2021 Mibdul l-aħħar 18 Aug 2021
2 min read
Photo: © Paul Skorupskas on Unsplash
It-tibdil fil-klima jaffettwa s-soċjetajiet u l-ambjent tagħna b’diversi modi. It-trattament tat-tibdil fil-klima jirrikjedi li jitnaqqsu l-emissjonijiet sabiex jiġu mmitigati l-agħar impatti tiegħu u biex nadattaw għal dawk li ma nistgħux inwaqqfu. Il-kompetizzjoni tal-fotografija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) “Climate Change PIX”, li se tibda llum, tistieden lill-parteċipanti juru kif jidher it-tibdil fil-klima fl-Ewropa u kif qed nirreaġixxu għalih.

Il-kompetizzjoni l-ġdida tal-fotografija tal-EEA Climate Change PIX għandha l-għan li taqbad dak kollu li hemm madwarna: klima li qed tinbidel u r-reazzjonijiet tagħna għaliha. Ibgħatilna l-aħjar ritratti tiegħek sal-1 ta’ Awwissu 2021 f’erba’ kategoriji tal-kompetizzjoni:

1.       Impatti tat-tibdil fil-klima fuq in-natura

It-tibdil fil-klima, kif jaffettwa l-ambjent tagħna? Tista’ turi bidliet fl-arja, fl-art, fl-ilma jew fl-organiżmi selvaġġi?

2.       Impatti tat-tibdil fil-klima fuq is-soċjetà

It-tibdil fil-klima, kif jaffettwa l-mod ta’ kif ngħixu? Tista’ turi kif dan jaffettwa saħħitna, l-istili ta’ ħajja, l-ambjent mibni, jew l-ekonomija?

3.       Soluzzjonijiet soċjali għat-tibdil fil-klima

Mill-komunitajiet lokali għal inizjattivi madwar l-Ewropa kollha, qed innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u nadattaw għat-tibdil fil-klima. Tista’ turi dan permezz tar-ritratti tiegħek?

4.       Azzjoni individwali dwar it-tibdil fil-klima

In-nies qed ifittxu stili ta’ ħajja b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u qed jieħdu azzjonijiet biex ikampaw ma’ temp estrem. Dan kif jidher minn fejn toqgħod?

Informazzjoni dwar Climate Change PIX

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini tat-32 pajjiż membru tal-EEA u sitt pajjiżi li jikkooperaw, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, u s-Serbja. Il-parteċipanti kollha għandu jkollhom 18-il sena jew aktar. Aqra aktar dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni u kif tipparteċipa fil-paġna tal-kompetizzjoni “Climate Change PIX”.

Ir-rebbieħa fl-erba’ kategoriji tal-kompetizzjoni se jirċievu premju fi flus ta’ EUR 1,000 kull wieħed. L-EEA se tagħti wkoll Premju speċjali taż-Żgħażagħ għall-aħjar ritratt sottomess minn żagħżugħ(a) u Premju tal-Għażla Pubblika se jintgħażel minn fost il-finalisti kollha permezz ta’ votazzjoni online.

L-EEA se tħabbar ir-rebbieħa fil-ħarifa tal-2021.

Permalinks

Geographic coverage

Temporal coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet