All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Article
Fi ftit kliem, il-finanzjament sostenibbli jittratta l-orjentament mill-ġdid u ż-żieda tal-investimenti li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tas-sostenibbiltà. Il-finanzjament ekoloġiku huwa parti mill-finanzjament sostenibbli u jirreferi għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika ambjentali dwar is-sostenibbiltà. Li tingħata spinta lill-finanzjament ekoloġiku huwa importanti minħabba li l-ilħuq tal-objettivi ambjentali fil-biċċa l-kbira huwa sfida għall-investiment.
Li jitqiesu d-dimensjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza tul il-katina tal-investiment se jgħin biex il-kapital jiġi indirizzat mill-ġdid lejn attivitajiet aktar sostenibbli u fuq terminu itwal. Dan se jgħin ukoll biex jiġu identifikati u ġestiti riskji sistemiċi potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja.
Spiss huwa diffiċli tittraduċi l-miri, il-politiki u l-miżuri direttament fil-ħtiġijiet tal-investiment iżda hemm xi stimi. Pereżempju, hemm stimi li kull sena mill-2021 ‘il quddiem, hemm bżonn ta’ madwar EUR 1 triljun f’investimenti, sabiex jintlaħqu l-miri tal-klima u l-enerġija tal-UE għall-2030. Id-diskrepanza fl-investiment li tħares ‘il quddiem — kemm jonqosna biex ngħaqqdu l-EUR 1 triljun—huwa stmat li hija madwar EUR 180 biljun fis-sena. Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li dawn mhumiex spejjeż iżda investimenti produttivi b’redditi mistennija u kobenefiċċji multipli. In-Nazzjonijiet Uniti stmaw li l-ilħuq tal-Għanijiet globali ta’ Żvilupp Sostenibbli jeħtieġu madwar USD 5-7 triljun f’investimenti b’diskrepanza fl-investiment ta’ madwar USD 2.5 triljun f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.
L-għeluq ta’ dawn id-diskrepanzi fl-investiment huwa ferm lil hinn mill-kapaċità tas-settur pubbliku waħdu, u din hija r-raġuni l-għaliex il-fatt li tiġi aċċessata l-kapaċità kbira tas-swieq finanzjarji huwa bżonn. Irridu nsibu modi ġodda kif ngħinu u ninċentivaw lill-investituri biex il-kapital jiġi indirizzat b’mod li nkunu nistgħu nagħlqu din il-lakuna. Aktar finanzjament sostenibbli u aħjar se jkun kritiku biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ambjent u tal-klima fuq terminu twil.
Ħafna atturi pubbliċi u privati kienu qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-finanzjament ekoloġiku u sostenibbli fl-UE u għalhekk il-kunċett mhuwiex ġdid. Li huwa ġdid huwa l-momentum politiku li qed jiżdied aktar malajr u l-bżonn ta’ appoġġ politiku aktar strutturat. Hemm qbil dejjem aktar usa’ li l-bidliet fis-sistema finanzjarja huma fundamentali għall-Ewropa biex din tilħaq l-objettivi ta’ sostenibbiltà tagħha u tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, qafas ċar u prevedibbli għall-finanzjament sostenibbli se jgħin biex l-UE ssir destinazzjoni aktar attraenti għall-investimenti ekoloġiċi.
Il-Kummissjoni Ewropea kienet attur ewlieni għal dawn l-iżviluppi u reċentement nediet l-ewwel lott ta’ proposti leġiżlattivi dwar il-finanzjament sostenibbli. Dawn il-proposti issa se jgħaddu mill-proċess leġiżlattiv normali fl-UE. Fl-istess ħin, grupp ta’ esperti ddedikat se jibda jaħdem fuq l-aspetti tekniċi sottostanti tal-proposti legali, inkluż l-iżvilupp tal-kategoriji inizjali u l-kriterji għal investimenti sostenibbli.
M’hemmx kwistjoni waħda x’tiġi riżolta. Minflok, hemm firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati fuq perjodu ta’ żmien. Kemm il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tkabbir sostenibbli tal-finanzjament kif ukoll ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzjament Sostenibbli jenfasizzaw fuq uħud mill-aktar importanti.
Waħda mill-kwistjonijiet identifikati mill-Kummissjoni u mill-HLEG hija l-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta’ klassifikazzjoni mal-UE kollha għall-attivitajiet sostenibbli. Din is-sistema tgħin biex jiġu identifikati liema attivitajiet ekonomiċi jenħtieġ li jsir investiment fihom, u taħt liema kundizzjonijiet, sabiex isir kontribut tanġibbli għall-objettivi ambjentali speċifiċi, bħat-taffija tat-tibdil fil-klima jew il-protezzjoni tal-ekosistemi. Dan huwa kompitu ambizzjuż iżda ta’ sfida kbira, li se jkun jenħtieġ ħila minn ħafna dixxiplini. Is-sistema ta’ klassifikazzjoni teħtieġ preċiżjoni teknika iżda jenħtieġ ukoll li ma ssirx kumplessa wisq. Jenħtieġ li hi tippermetti lis-sistema finanzjarja taġixxi fuqha b’mod effettiv.
Sistema ta’ klassifikazzjoni mal-UE kollha tikkumplimenta l-politiki settorjali u tematiċi eżistenti għat-tisħiħ taċ-ċertezza politika għall-investituri.
Illum, hawn diversi approċċi nazzjonali u bbażati fuq is-suq iżda ma hawnx sistema mal-UE kollha li tkopri l-objettivi ambjentali kollha importanti b’mod uniformi, u li tiċċara x’jikkostitwixxi investiment ambjentalment sostenibbli. Dan in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni huwa sors ta’ inċertezza għall-investituri u jfixkel l-iżvilupp ta’ suq uniku għall-investimenti sostenibbli. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ kriterji tekniċi komuni f’sistema mal-UE kollha jnaqqas ir-riskju ta’ greenwashing potenzjali ta’ prodotti finanzjarji fis-suq.
L-EEA se tkompli tinvolvi ruħha fil-proċess ta’ politika tal-UE dwar il-finanzjament sostenibbli. Fuq terminu qasir, l-EEA se tappoġġja l-ħidma tal-grupp ta’ esperti tekniċi tal-Kummissjoni.
Fuq terminu twil, l-irwol tal-EEA jiddependi fuq l-eżitu tal-proċess leġiżlattiv kif ukoll fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi. Fil-proposta riċenti tal-Kummissjoni, l-EEA hija ppreżentata bħala parti minn pjattaforma pubblika-privata fuq terminu twil dwar il-finanzjament sostenibbli. Il-pjattaforma tgħin u tagħti pariri lill-Kummissjoni, l-aktar dwar suġġetti relatati mat-tassonomija mal-UE kollha għal attivitajiet sostenibbli. Bħala parti mill-pjattaforma, l-EEA tikkoopera mill-qrib ma’ korpi pubbliċi oħrajn, bħall-Bank Ewropew tal-Investiment, it-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bank Ewropew tal-Investiment.
Jien naħseb li r-rabta bejn il-politika ambjentali u finanzjarja se tkun aktar b’saħħitha fil-futur, b’benefiċċji reċiproki. Għall-maġġoranza tal-isfidi ambjentali quddiemna hemm rabta tal-investiment b’saħħitha ħafna. Il-provvista ta’ qafas ta’ politika ċar, stabbli u li tista’ tittieħed azzjoni bih hija fundamentali għall-finanzjament ta’ suċċess ta’ dawk l-investimenti.
Andreas Barkman
Konsulenza strateġika dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija, EEA
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/articles/ninvestu-ghas-sostenibbilta or scan the QR code.
PDF generated on 15 Dec 2024, 12:13 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn