Press Release
It-tniġġis mit-traffiku għadu perikoluż għas-saħħa f’ħafna partijiet tal-Ewropa
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Waħda mill-akbar sfidi tas-seklu wieħed u għoxrin se tkun il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tat-trasport – il-gassijiet serra, it-tniġġis tal-arja u l-istorbju – filwaqt li jiġu żgurati l-aspetti pożittivi tal-mobilità.
Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Ir-rapport annwali taħt il-Mekkaniżmu tar-Rappurtaġġ tat-Trasport u l-Ambjent (TERM) tal-EEA jivvaluta l-impatt ambjentali tat-trasport madwar l-Ewropa. Sar xi titjib, għalkemm dan jista’ jiġi parzjalment attribwit għall-attività ekonomika matul ir-riċessjoni. Hekk kif il-klima ekonomika qed titjib, il-miri tat-trasport ġodda tal-UE għandhom jiffokaw l-isforzi biex inaqqsu aktar l-impatti ambjentali, jgħid ir-rapport.
Għalkemm it-tniġġis tal-arja naqas matul dawn l-aħħar żewġ deċenji, xorta jibqa’ problema maġġuri f’diversi żoni. ‘L-istandards euro’ għall-vetturi ma rnexxilhomx inaqqsu l-emissjonijiet ta’ NO2 reali għal-livelli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, għalkemm dawn tejbu b’mod sostanzjali il-kwalità globali tal-arja.
Iż-żieda fit-trasport tal-oġġetti wkoll qed iwassal għal kwalità ħażina tal-arja. It-trasport tal-merkanzija kien waħda mill-kawżi ewlenin tal-livelli għolja ta’ NO2. Iż-żieda fit-trasport marittimu f’dawn l-aħħar żewġ deċenji fisser ukoll li l-emissjonijiet ta’ ossidu tal-kubrit li jikkawża x-xita aċiduża naqqsu biss b’14 % mill-1990, minkejja titjib kbir fl-effiċjenza.
Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qalet: “Waħda mill-akbar sfidi tas-seklu wieħed u għoxrin se tkun il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tat-trasport – il-gassijiet serra, it-tniġġis tal-arja u l-istorbju – filwaqt li jiġu żgurati l-aspetti pożittivi tal-mobilità. L-Ewropa tista’ tkun tal-ewwel billi tintensifika l-ħidma tagħha fil-qasam tal-innovazzjoni teknoloġika fil-mobilità elettrika. Tali bidla tista’ tittrasforma l-ħajja fil-qalba tal-belt.”
Tendenzi u sejbiet oħra
- Persuni li jgħixu viċin ta’ toroq traffikużi madwar l-Ewropa huma esposti b’mod partikolari għal-livelli eċċessivi tat-tniġġis tal-arja. Livelli perikolużi tad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) ‘il fuq mil-limiti legali ġew irreġistrati f’44 % tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-arja fl-2010. Il-livelli ta’ materja f’partikuli (PM10) qabżu l-limiti fi 33 % ta’ dawn is-siti. Dawn il-pollutanti jistgħu jaffettwaw is-sistema kardjovaskulari, il-pulmun, il-fwied, il-milsa u d-demm.
- L-Ewropa teħtieġ tnaqqas iżjed l-enerġija kkunsmata mit-trasport, għaliex din kienet biss 4.3 % aktar baxxa fl-2011 mil-livell massimu tagħha fl-2007. L-użu tal-enerġija f’ċerti modalitajiet ta’ trasport ġie influwenzat ħafna miċ-ċaqliq ekonomiku f’dawn l-aħħar snin. Id-domanda tat-trasport tal-merkanzija hija partikolarment sensittiva għaċ-ċaqliq ekonomiku. Wara tnaqqis sinifikanti bejn l-2008 u l-2009, dan żdied b’5.4 % fl-2010.
- Id-domanda tat-trasport tal-passiġġieri naqset bi kważi 1 % bejn l-2009 u l-2010. Din tidher li tmur kontra t-tendenza fuq perjodu ta’ żmien twil, għaliex id-domanda tat-trasport tal-passiġġieri żdiedet f’mod kostanti madwar l-UE minn meta bdew jinżammu r-rekords f’nofs is-snin disgħin. L-użu tal-karozzi privati baqa’ ftit jew wisq kostanti, jgħid ir-rapport, minkejja l-kriżi ekonomika u ċ-ċaqliq kbar fil-prezzijiet tal-fjuwil matul l-aħħar deċenju.
- F’ċerti każijiet, il-prezzijiet jistgħu jkunu qed jinfluwenzaw in-nies biex jagħmlu għażliet li huma ta’ ħsara għall-ambjent. Ix-xiri ta’ karozza sar dejjem orħos f’termini reali min-nofs is-snin disgħin, jinnota r-rapport, filwaqt li l-ivvjaġġar bil-ferrovija u t-trasport tal-passiġġieri bl-ilma saru dejjem aktar għaljin. Madankollu, il-karozzi ġodda qed isiru aktar effiċjenti. Il-karozza medja mibjugħa fl-2011 kienet 3.3% aktar effiċjenti minn dik mibjugħa s-sena ta’ qabel.
- Is-settur tat-trasport irid inaqqas l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju bi 68 % bejn l-2010 u nofs is-seklu biex jilħaq il-mira tal-UE. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport waqgħu b’0.4% bejn l-2009 u l-2010, u stimi bikrija juru tnaqqis simili bejn l-2010 u l-2011.
- L-istorbju huwa impatt ieħor mit-trasport li jista’ jikkawża problemi serji tas-saħħa. Ir-rapport sab li fl-akbar bliet Ewropej, tlieta minn kull ħames residenti huma esposti għal livelli ta’ ħsara ta’ storbju mit-traffiku. Anki fil-kampanja, 24 miljun Ewropew huma esposti għal storbju mit-traffiku dannuż matul il-lejl. Dan jista’ jikkawża kemm problemi fiżiċi kif ukoll psikoloġiċi.
Aktar informazzjoni
- F’Diċembru 2012 l-EEA se tippubblika dejta ġdida dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn karozzi tal-passiġġieri ġodda. Dejta preliminari.
- Pubblikazzjonijiet dwar it-trasport mill-EEA
- Ir-Rapport Ewropew Annwali 2012 dwar il-Kwalità tal-Arja
- Rapporti reċenti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra
Permalinks
- Permalink to this version
- 22dbe19ef2204802851305a801fab6ac
- Permalink to latest version
- E89YQ304AD
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/pressroom/newsreleases/it-tniggis-mit-traffiku-ghadu or scan the QR code.
PDF generated on 07 Feb 2023, 10:11 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn