li jmiss
preċedenti
punti

Kuntest politiku

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 21 Feb 2017
Topics:
This page was archived on 21 Feb 2017 with reason: Content is outdated
L-ippjanar u l-immaniġġjar tal-użu tal-art huma essenzjali sabiex ikun hemm rikonċiljazzjoni aħjar tal-użu tal-art mat-tħassib ambjentali. Hija sfida li tinvolvi diversi livelli ta' politika u setturi differenti. Il-monitoraġġ u l-medjazzjoni tal-konsegwenzi ambjentali negattivi tal-użu tal-art waqt li tiġi sostnuta l-produzzjoni tar-riżorsi essenzjali hija l-prijorità ewlenija ta' dawk li jfasslu l-politika madwar id-dinja.

Fl-1999, Il-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp tal-Ispazji (ESDP) wasslet għal orjentazzjonijiet fil-politika Ewropea għall-bilanċ u l-koeżjoni territorjali, għal kompetittività mtejba, għal aċċess għas-swieq u l-għarfien, kif ukoll għal immaniġġjar aktar għaqli tar-riżorsi naturali u kulturali. Aktar reċenti, l-iżvilupp tal-ispazju integrat ġie indirizzat mill- Aġenda Territorjali tal-UE li għandha l-għan li timmobilizza l-potenzjal tar-reġjuni u l-ibliet Ewropej għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u għal aktar xogħol.

Id-deċiżjonijiet fl-ippjanar u l-immaniġġjar tal-użu tal-art, ġeneralment huma magħmula fil-livell lokali jew reġjonali. Madankollu, l- Kummissjoni Ewropea għandha sehem x'tagħti sabiex tassigura li l-Istati Membri jikkunsidraw it-tħassib ambjentali fil-pjanijiet tagħhom fl-iżvilupp tal-użu tal-art. Il-miri huma:

L-ekonomiji Ewropej jiddependu fuq ir-riżorsi naturali, inklużi il-materja prima u l-ispazju (riżorsi tal-art). L- istrateġija tematika tal-UE dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tinkludi l-ispazju bħala riżors. Din tapplika għal żoni ta' art u spazji marittimi li huma bżonnjużi għal skopijiet ta' produzzjoni (eż. minerali, injam, ikel) u għal diversi attivitajiet soċjo-ekonomiċi. Ħafna drabi, dawn l-interessi jkunu qed jikkompetu għall-istess riżorsa territorjali.

Sforzi sabiex jiġu mmodifikati l-prattiċi tal-użu tal-art sabiex jitnaqqas it-tniġġiż 'non-point' tal-arja u l-ilma jinkludu l-immaniġġjar integrat tal-baċir tax-xmara u, b'mod partikolari, d- Direttiva dwar in-Nitrati. L-għargħar ikkawżat mill-bini ta' uċuħ li ma jgħaddix ilma minnhom (eż. bini u toroq) u pprovokat minn każijiet ta' temp estrem huwa indirizzat b' Direttiva Ewropea ġdida dwar l-Għargħar. In-natura traversa tal-użu tal-art hija wkoll enfasizzata mill- linji politiċi tal-UE dwar l-iżvilupp rurali u l-linji politiċi reġjonali.

Il-Protokoll ta' Kjoto tal-UNFCCC jippromwovi fost l-oħrajn prattiċi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu u ta' l-ossidu nitriku (nitrous oxide) mill-art agrikola. Il-linji politiċi tal-UE dwar l-adattament għall-bidla fil-klima huma direttament relevanti għall-prattiċi tal-użu tal-art preżenti u futuri u għas-setturi ekonomiċi li jiddependu fuq dan.

Permalinks

Topics

Topics:
Dokument ta’ Azzjonijiet