All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Fl-1999, Il-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp tal-Ispazji (ESDP) wasslet għal orjentazzjonijiet fil-politika Ewropea għall-bilanċ u l-koeżjoni territorjali, għal kompetittività mtejba, għal aċċess għas-swieq u l-għarfien, kif ukoll għal immaniġġjar aktar għaqli tar-riżorsi naturali u kulturali. Aktar reċenti, l-iżvilupp tal-ispazju integrat ġie indirizzat mill- Aġenda Territorjali tal-UE li għandha l-għan li timmobilizza l-potenzjal tar-reġjuni u l-ibliet Ewropej għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u għal aktar xogħol.
Id-deċiżjonijiet fl-ippjanar u l-immaniġġjar tal-użu tal-art, ġeneralment huma magħmula fil-livell lokali jew reġjonali. Madankollu, l- Kummissjoni Ewropea għandha sehem x'tagħti sabiex tassigura li l-Istati Membri jikkunsidraw it-tħassib ambjentali fil-pjanijiet tagħhom fl-iżvilupp tal-użu tal-art. Il-miri huma:
L-ekonomiji Ewropej jiddependu fuq ir-riżorsi naturali, inklużi il-materja prima u l-ispazju (riżorsi tal-art). L- istrateġija tematika tal-UE dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tinkludi l-ispazju bħala riżors. Din tapplika għal żoni ta' art u spazji marittimi li huma bżonnjużi għal skopijiet ta' produzzjoni (eż. minerali, injam, ikel) u għal diversi attivitajiet soċjo-ekonomiċi. Ħafna drabi, dawn l-interessi jkunu qed jikkompetu għall-istess riżorsa territorjali.
Sforzi sabiex jiġu mmodifikati l-prattiċi tal-użu tal-art sabiex jitnaqqas it-tniġġiż 'non-point' tal-arja u l-ilma jinkludu l-immaniġġjar integrat tal-baċir tax-xmara u, b'mod partikolari, d- Direttiva dwar in-Nitrati. L-għargħar ikkawżat mill-bini ta' uċuħ li ma jgħaddix ilma minnhom (eż. bini u toroq) u pprovokat minn każijiet ta' temp estrem huwa indirizzat b' Direttiva Ewropea ġdida dwar l-Għargħar. In-natura traversa tal-użu tal-art hija wkoll enfasizzata mill- linji politiċi tal-UE dwar l-iżvilupp rurali u l-linji politiċi reġjonali.
Il-Protokoll ta' Kjoto tal-UNFCCC jippromwovi fost l-oħrajn prattiċi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu u ta' l-ossidu nitriku (nitrous oxide) mill-art agrikola. Il-linji politiċi tal-UE dwar l-adattament għall-bidla fil-klima huma direttament relevanti għall-prattiċi tal-użu tal-art preżenti u futuri u għas-setturi ekonomiċi li jiddependu fuq dan.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/landuse/policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 29 Mar 2024, 10:40 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn