Artikoli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
L-Ewropa qiegħda tiġbor dejjem aktar data, b'hekk jittejjeb il-fehim tagħna tal-ambjent. Id-data tal-osservazzjoni tad-dinja miksuba permezz tal-programm Copernicus tal-Unjoni Ewropea tippreżenta sfidi u opportunitajiet ġodda biex intejbu l-għarfien ambjentali tagħna. Billi tikkombina d-data aġġornata ta' Copernicus mal-bażi ta' għarfien eżistenti tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandha l-għan li tagħti s-setgħa lil dawk li jfasslu l-politika u liċ-ċittadini fl-Ewropa kollha biex jieħdu miżuri sabiex jiġu indirizzati sfidi lokali, nazzjonali u globali.
Il-ħajja fil-baħar, il-klima globali u l-ekonomija u l-benesseri soċjali tagħna kollha jiddependu minn ibħra b'saħħithom. Minkejja ċertu titjib, il-valutazzjonijiet tagħna juru li l-mod kif attwalment qegħdin nużaw l-ibħra Ewropej għadu insostenibbli. It-tibdil fil-klima u l-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali jżidu aktar pressjoni fuq l-ambjent tal-baħar. Il-politiki u l-miżuri Ewropej jistgħu jirriżultaw f'aktar titjib meta jkunu implimentati permezz ta' approċċ ta' "ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema" u jkunu appoġġjati minn qafas ta' governanza globali tal-oċeani.
Il-foresti fl-Ewropa jipprovduna b'servizzi essenzjali: arja nadifa, ilma nadif, ħażna tal-karbonju naturali, injam, ikel u prodotti oħra. Huma l-kenn ta' ħafna speċi u ħabitats. Tkellimna dwar l-isfidi li jaffaċċjaw il-foresti ta’ l-Ewropa ma' Annemarie Bastrup-Birk, esperta tal-foresti u l-ambjent fl-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ambjent.
Infrastruttura ekoloġika: ngħixu aħjar permezz ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura
14 Dec 2015Infrastruttura ekoloġika toffri soluzzjonijiet attraenti għal kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u għalhekk trid tiġi kompletament integrata tul oqsma ta' politika differenti. Hekk kif l-EEA qiegħda tipprepara biex tippubblika rapport dwar ir-rwol tal-infrastruttura ekoloġika biex ittaffi l-impatti ta' perikli naturali relatati mat-tibdil fil-klima u fit-temp, tkellimna mal-awtur ewlieni tiegħu, Gorm Dige, il-maniġer tal-proġett għall-ambjent territorjali, il-politika u l-analiżi ekonomika.
Is-saħħa fi klima li qiegħda tinbidel
29 Jul 2011F’Awwissu 2007, l-awtoritajiet tas-saħħa lokali fl-Italja osservaw numru kbir ta’ każijiet ta’ marda mhux tas-soltu f’Castiglione di Cervia u Castiglione di Ravenna, li huma żewġ villaġġi żgħar mifrudin minn xmara. Kienu affettwati kważi 200 ruħ u miet raġel anzjan wieħed (Angelini et al., 2007).
Xhud: it-tifel Chance
29 Jul 2011Bisie hija l-akbar minjiera fiż-żona. Din tinsab madwar 90 kilometru ‘l ġewwa fil-qalba ta’ foresta densa u tilħaq il-100 metru taħt l-art. Il-minjieri ħafna drabi jkunu aktar minn sempliċi toqba fl-art. Għadd ta’ rġiel u subien ikunu ffullati f’kull minjiera u l-kundizzjonijiet ikunu ħżiena ħafna.
1.6 biljun ruħ jiddependu fuq il-foresti għall-għajxien tagħhom. Il-foresti jospitaw 300 miljun ruħ madwar id-dinja kollha.
It-tiżwiq tal-ħajja
22 Mar 2010Il-bijodiversità – ‘l-ekosistema’ li hija s-sostenn tal-ħajja tagħna
Bugħarwien qattiel u speċijiet eżotiċi oħra - Il‑bijodiversità tal‑Ewropa qed tgħib b’rata allarmanti
03 Apr 2009Il‑ġardinaġġ huwa wieħed mill‑interessi tiegħek? Jekk iva u tgħix fl‑Ewropa ċentrali jew tat‑Tramuntana, il‑'bugħarwien qattiel' huwa probabbilment wieħed mill‑għedewwa personali tiegħek. Il‑bugħarwien, li jattakka mingħajr heda l‑pjanti tal‑ħwawar u l‑ħxejjex, jidher li huwa immuni kontra l‑miżuri ta’ kontroll.
Permalinks
- Permalink to this version
- 498fe709c21447d87b52c8b6f1817740
- Permalink to latest version
- 4PFIR32N9Y
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/biodiversity/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 21 Jan 2021, 01:06 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn