Linji politiċi dwar il-biodiversità
Il-linji politiċi tal-UE
Fl- Istrateġija tagħha għal Żvilupp Sostenibbli tal-2001, l-UE stabbilixxiet mira għaliha nnifisha sabiex twaqqaf it-telf ta' biodiversità u terġa' tagħti l-ħajja lill-abitati u s-sistemi naturali sal-2010. Il- Komunikazzjoni tal-2006 tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Biodiversità tipprovdi l-qafas politiku ewlieni. Din iżżid momentum ferm meħtieġ mal-mira tal-2010, tiċċara r-responsabilitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri u tistabbilixxi approċċ politiku ambizzjuż u Pjan ta' Azzjoni li jipproponi miżuri konkreti.
Waqt li l-bidla fil-klima tiġbed ħafna mill-attenzjoni tal-media, f'mod fundamentali wieħed, il-biodiversità hija theddida ħafna aktar serja. Dan għaliex id-degradazzjoni tal-ekosistemi ħafna drabi tasal sal-punt li ma tkunx tista' titreġġa' lura - u għaliex l-estinzjoni hi għal dejjem.
Stavros Dimas, Kummissarju tal-UE għall-Ambjent, Ġimgħa Ambjentali 2006
Il-politika tal-UE dwar il-konservazzjoni hija bbażata fuq żewġ atti leġiżlattivi ewlenin:
Iż-żewġ direttivi jipprovdu l-bażi għan- netwerk Natura 2000, netwerk ta' riżervi naturali li testendi mal-Unjoni kollha sabiex tħares l-ispeċi u l-abitati ta' interess speċjali Ewropew. Il-politika tal-UE dwar il-konservazzjoni tibbenefika minn strument finanzjarju speċifiku, il- fond LIFE-Nature.
It-telf ta' biodiversità huwa prinċiparjament ikkawżat minn attivitajiet settorjali. L- Istrateġija tal-Komunità Ewropea tal-1998 dwar il-Biodiversità tiffoka speċifikament fuq l-integrazzjoni tat-tħassib dwar il-bijodiversità fil-linji politiċi settorjali, inklużi l-konservazzjoni ta' riżorsi naturali, l-agrikoltura, s-sajd, il-linji politiċi reġjonali u l-ippjanar tal-ispazju, il-foresti, l-enerġija u t-trasport, it-turiżmu, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika.
Linji politiċi oħra relevanti għall-biodiversità fil-livell tal-UE jinkludu:
- Is- Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE 'Il-Ġejjieni Tagħna, l-Għażla Tagħna', adottat fl-2002, fejn il-konservazzjoni tal-biodiversità hija waħda mill-erba' kwistjonijiet ewlenin li jridu jiġu indirizzati.
- Il- 'Messaġġ minn Malahide' tal-2004, jippreżenta 18-il objettiv ta' prijorità għat-twaqqif tat-telf ta' biodiversità, li ħafna minnhom huma relatati mal-integrazzjoni settorjali tal-kwistjonijiet ta' biodiversità.
Linji politiċi pan-Ewropej u globali dwar il-biodiversità.
Fl-1992, il- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) immarkat l-impenn tal-komunità internazzjonali sabiex tindirizza t-telf ta' biodiversità. B'risposta, l- l-Istrateġija pan-Ewropea dwar id-Diversità Bijoloġika u fil-Pajżaġġ ġiet approvata mill-pajjiżi koperti mill-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda Uniti għall-Ewropa. Din l-istrateġija, li tinsab fi ħdan il-proċess ministerjali 'l-Ambjent għall-Ewropa', tipprovdi l-unika pjattaforma għall-kooperazzjoni pan-Ewropea sabiex jiġi indirizzat it-telf tal-biodiversità.
Fl-2002, is-CBD u s-Summit ta' Johannesburg dwar l-Iżvilupp Sostenibbli approvaw mira globali għall-2010 sabiex inaqqsu b'mod sinifikanti r-rata preżenti ta' telf ta' biodiversità sal-2010. Fl-2003, fir-Riżoluzzjoni ta' Kiev dwar il-Biodiversità, il-ministri tal-ambjent pan-Ewropej qablu li jwaqqfu t-telf ta' biodiversità sal-2010.
Is-CBD tistabbilixxi obbligu fil-livell nazzjonali għall-ippjanar tal-biodiversità. Il-pajjiżi jridu jiżviluppaw strateġiji nazzjonali li jirriflettu kif iridu jintlaħqu l-objettivi tal-konvenzjoni, u l-pjanijiet ta' azzjoni relatati jridu jistabbilixxu l-passi li jridu jittieħdu sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Lista ta' dawn l-istrateġiji nazzjonali dwar il-biodiversità u l-pjanijiet ta' azzjoni jinsabu fuq il- websajt tas-CBD.
Permalinks
- Permalink to this version
- 75d48caa73530bf29963587720c976fd
- Permalink to latest version
- R6EB83S7A0
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/biodiversity/policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 13 Apr 2021, 01:15 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn