Għin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
An official website of the European Union | How do you
know?
All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
L-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tiżgura ilma għall-għawm nadif u tajjeb għas-saħħa bdew erbgħin sena ilu, meta ħarġet l-ewwel Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm. Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm ippubblikat illum juri l-valur tal-leġiżlazzjoni u s-snin ta’ investiment fl-infrastruttura għad-drenaġġ u miżuri oħrajn għat-tnaqqis tat-tniġġis. Juri li l-kwalità tal-ilma għall-għawm tjiebet kontinwament maż-żmien, sal-punt li 96% tas-siti għall-għawm immonitorjati fl-Unjoni Ewropea laħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma fl-2015.
Ħamsa u disgħin fil-mija tas-siti għall-għawm immonitorjati fl-Unjoni Ewropea fl-2014 laħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma. Il-kwalità tal-ilma kienet eċċellenti fi 83 % tas-siti, żieda ta’ kważi punti perċentwali meta mqabbel mal-2013.
L-ilma fil-bajjiet, ix-xmajjar u l-lagi Ewropej kien ġeneralment ta’ kwalità għolja fl-2013, b’aktar minn 95 % ta’ dawn is-siti li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi. Id-dejta turi li l-ilmijiet kostali kienu daqsxejn aħjar mill-ilmijiet interni għall-għawm.
Għandna aħbar tajba għalik jekk qed tippjana li tmur vaganza f’xi bajja fl-Ewropa dan is-sajf: 92.1 % tal-ilmijiet għall-għawm fl-Unjoni Ewropea issa jilħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-ilma ghall-ghawm. Dawn jinkludu l-lag imsejjaħ “Serpentine Lake” f’Londra, li se jospita bosta avvenimenti tal-Olimpijadi, inklużi l-Maratona tal-Għawm f’ilmijiet miftuħin u t-taqsima tal-għawm tat-triatlon.
Illum sejrin jiltaqgħu l-Ministri f’Astana, il-Kazakastan, sabiex jiddiskutu kwistjonijiet dwar l-ilma u t-tħaddir tal-ekonomija waqt is-seba’ Konferenza Ministerjali msejħa ‘L-Ambjent għall-Ewropa’, li sejra ssir bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru 2011. Bil-għan li tappoġġa l-Konferenza, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qiegħda tniedi rapport innovattiv ta’ Valutazzjoni tal-Valutazzjonijiet, li jirrakkomanda modi kif l-informazzjoni ambjentali u t-tfassil tal-politika jistgħu jkunu allinjati aktar mill-qrib.
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset xi ftit bejn l-2009 u l-2010, iżda l-kwalità ġenerali kienet għadha għolja. Aktar minn disa’ siti għall-għawm minn fost 10, issa jilħqu r-rekwiżiti minimi.
L-indafa tal-ilmijiet għall-għawm hija vitali għas-setturi ekonomiċi bħat-turiżmu u għall-ħajja tal-pjanti u l-annimali. Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent juri li fl-2009, 96% taż-żoni kostali tal-għawm u 90% tas-siti għall-għawm fi xmajjar u lagi kienu konformi mal-istandards minimi. Dan ir-rapport jiddeskrivi wkoll fejn jista' jinkiseb tagħrif dettaljat u aġġornat dwar siti għall-għawm.
Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm li tressaq illum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jiżvela li l-maġġoranza l-kbira taż-żoni tal-għawm madwar l-Unjoni Ewropea fis-sena 2008 laħqu l-istandards tal-UE għall-iġjene. Matul l-istaġun tal-għawm, madwar 96 % taż-żoni kostali tal-għawm u 92 % taż-żoni tal-għawm fix-xmajjar u l-għadajjar kienu konformi mal-istandards minimi. Ir-rapport jipprovdi tagħrif siewi dwar il-kwalità tal-ilma għall-miljuni ta' persuni li jżuru x-xtajtiet Ewropej kull sajf.
Mill-kampijiet tal-golf sal-kotba, miż-żejt taż-żebbuġa sal-vaċċini, l-oġġetti u s-servizzi kollha li niddependu fuqhom, flimkien ma’ ħafna mill-attivitajiet tagħna ta’ kuljum, jeħtieġu riżorsi essenzjali: l-ilma. Rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jikkonferma li f’ħafna partijiet tal-Ewropa l-użu ta’ l-ilma mhuwiex sostenibbli u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal approwċ ġdid għall-immaniġġjar tar-riżorsi ta’ l-ilma.
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn