L-użu tal-art
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
L-Ewropa hija możajk ta’ pajsaġġi, li jirriflettu l-mudell evoluzzjonarju ta’ tibdiliet li l-użu tal-art għadda minnhom fl-imgħoddi. It-tibdilet ikomplu jalteraw il-pajsaġġ u l-ambjent tagħna llum, u jħallu impronti kbar u ħafna drabi irreversibbli fuq l-użu tal-art. It-tensjonijiet qegħdin jiżdiedu kważi kullimkien hekk kif il-ħtieġa tas-soċjetà kemm għar-riżorsi kif ukoll għall-ispazju, qed tikkonfliġġi mal-kapaċità tal-art li ssostni u tassorbi dawn il-ħtiġiet. Is-sitwazzjoni qed twassal għal użu abużiv u degradazzjoni dejjem tiżdied fil-pajsaġġi, fl-ekosistemi u fl-ambjent. Hi meħtieġa perspettiva ta’ mmaniġġjar fit-tul.
Politiki tal-UE
L-ippjanar u l-immaniġġjar tal-użu tal-art huma essenzjali jekk għandna nirrikonċiljaw aħjar l-użu tal-art mat-tħassib ambjentali. Hija sfida li tinvolvi diversi livelli ta’ politika u setturi differenti. Il-monitoraġġ u l-medjazzjoni tal-konsegwenzi ambjentali negattivi tal-użu tal-art waqt li tkun sostnuta l-produzzjoni ta’ riżorsi essenzjali hija prijorità maġġuri għal dawk li jagħmlu l-politika madwar id-dinja.
L-ippjanar tal-użu tal-art u deċiżjonijiet ta’ ġestjoni ġeneralment isiru f’livell lokali jew reġjonali. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea għandha rwol f’li tiżgura li Stati Membri jqisu t-tħassib ambjentali fil-pjanijiet ta’ żvilupp tagħhom dwar l-użu tal-art u jipprattikaw il-ġestjoni ta’ artijiet integrati.
Ekonomiji Ewropej jiddependu fuq ir-riżorsi naturali, li jinkludu l-materja prima u l-ispazju (riżorsi tal-art). Il-Pjan direzzjonali għal Ewropa effiċjenti fejn jidħlu r-riżorsi tippreżenta s-suġġett tal-ġestjoni tal-użu tal-art u tar-riżorsi tal-art bħala element kruċjali fit-trattament ta’ xejriet ta’ riżorsi mhux sostenibbli. Il-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar l-addattament għat-tibdil fil-klima huma direttament rilevanti għal prattiki dwar l-użu tal-art fil-preżent u fil-ġejjieni, u s-setturi ekonomiċi li jiddependu fuqhom. L-użu tal-art huwa wkoll konsiderazzjoni importanti għal ħafna oqsma oħrajn ta’ politika, bħall-koeżjoni territorjali, l-ippjanar urban, l-agrikoltura, it-trasport u l-ħarsien tan-natura.
Attivitajiet tal-EEA
L-attivitajiet tal-EEA jiffukaw l-aktar fuq valutazzjonijiet dwar il-pajsaġġ u tibdil fl-ispazju fl-Ewropa permezz ta’ għajnuniet li jagħtu kont tal-art u tal-ekosistema u l-analiżi tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS). L-EEA ngħatat ukoll il-kompitu li tiżviluppa ċentru ta’ dejta ambjentali għall-użu tal-art bħala kontribuzzjoni għas-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS).
Is-sors primarju tad-dejta tal-EEA hija s-sett tad-dejta Corine dwar il-kisja tal-art li kienet prodotta għall-1990, 2000 u 2006. Din hija bbażata fuq kooperazzjoni stabbilita ma’ pajjiżi membri tal-EEA u s-sistema ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES). Settijiet tad-dejta GMES addizzjonali, bħal saffi tematiċi magħżula ta’ riżoluzzjoni għolja u l-Atlas Urban qegħdin jiġu żviluppati biex jikkumplimentaw is-settijiet tad-dejta Corine dwar il-kisja tal-art.
F’kooperazzjoni maċ-Ċentru Tematiku Ewropew dwar Informazzjoni u Analiżi tal-Ispazju (ETC-SIA) l- EEA qiegħda tiżviluppa s-sistemi ta’ referenza pan-Ewropej għal analiżi tal-ispazji: is-Sistema ta’ Netwerk Ewropew ta’ Żoni ta’ qbid u Xmajjar (ECRINS) u applikazzjonijiet ta’ Kontabbiltà tal-Art u tal-Ekosistema (LEAC) jikkontribwixxu għall-analiżi tematika (eż. il-frammentazzjoni tal-pajsaġġ) u indikaturi rilevanti.
Il-perspettiva
Diversi politiki ambjentali u reġjonali eż. L-Istrateġija tal-UE tal-Biodiversità lejn l-2020 jew l-Istrateġija Tematika tal-Ħamrija tal-UE qegħdin jiddependu fuq informazzjoni affidabbli dwar l-użu tal-art bħala saff ta’ referenza fondamentali. Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-art DMES huwa parti mill-operazzjonijiet inizjali tal-2011 sal-2013 li jittratta l-aġġornament u t-titjib fil-monitoraġġ tal-kisja tal-art kontinentali u jeżamina l-proċessi tal-kisja tal-art lokali f’aktar dettall. Għal valutazzjonijiet ta’ xejriet fil-ġejjieni, ġiet żviluppata Analiżi Prospettiva tal-Ambjent dwar l-Iżvilupp fl-Użu tal-Art fl-Ewropa (PRELUDE): għodda interattiva li tippreżenta sett ta’ ħames xenarji differenti dwar l-użu tal-art għall-Ewropa.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn