Kuntest politiku
Il- programm Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE), stabbilit taħt is-6 EAP, jipprovdi parir fuq terminu twil, strateġiku u integrat dwar politika dwar it-tniġġis tal-arja. L- Istrateġija Tematika tal-2005 dwar it-Tniġġiż tal-Arja, ibbażata fuq il-programm CAFE, tistabbilixxi objettivi u miżuri ambizzjużi iżda produttivi għall-politika dwar il-kwalità tal-arja Ewropea sal-2020.
Emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja
Fil-livell ta' Stat Membru, id- Direttiva dwar il-Livelli Nazzjonali Massimi tal-Emissjonijiet (id-Direttiva NEC) timponi livelli massimi tal-emissjonijiet (jew limiti) għall-emissjonijiet ta' erba' pollutanti tal-arja ewlenin (ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit, komposti organiċi volatili mhux tal-metanu u ammonja) li jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi Direttiva NEC riveduta lejn l-aħħar tal-2007. Aktar dettalji huma provduti hawn.
Leġiżlazzjoni oħra ewlenija tal-UE hija mmirata lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja minn sorsi speċifiċi, per eżempju:
- it-trasport;
- sorsi fissi / faċilitajiet industrijali; u
- ż-żebgħa u r-rifinitura tal-vetturi.
Internazzjonalment, il-kwistjoni tat-tniġġis tal-arja qed tkun indirizzata wkoll mill- Konvenzjoni UNECE dwar it-Tniġġis tal-Arja li jivjaġġa ghal distanzi twal u jaqsam minn pajjiż ghal iehor (il-Konvenzjoni LRTAP) u l- protokolli tagħha. Il- protokolll ta' Gotenburg dwar il-'multi-pollutanti' taħt il-Konvenzjoni LRTAP fiha livelli massimi tal-emissjoni li huma ugwali jew anqas ambizzjużi minn dawk fid-Direttiva NEC tal-UE.
Il-kwalità tal-arja
Id-direttiva l-ġdida tal-UE dwar il-kwalità tal-arja, id- Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fil-madwar u Arja aktar nadifa għall-Ewropa, hija waħda mill-miżuri ewlenin li jaħdmu biex jindirizzaw it-tniġġiż tal-arja taħt l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja. Din hija l-ewwel direttiva tal-UE li nkludiet il-limiti fuq il-konċentrazzjonijiet tal-madwar tal-PM2.5 (materja tal-partiċelli fina). Hija tikkonsolida wkoll diversi atti leġiżlattivi dwar il-kwalità tal-arja f'direttiva waħda. Il-Gvernijiet ingħataw sentejn (mill-11 ta' Ġunju 2008) biex iġibu l-leġiżlazzjoni tagħhom konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.
Sa dakinhar, il- politika ta' qafas eżistenti tal-UE dwar il-kwalità tal-arja tibqa' fis-seħħ. Din il-leġiżlazzjoni stabbiliet standards u objettivi ibbażati fuq is-saħħa għal numru ta' pollutanti u tinkludi:
- Id-Direttiva Qafas dwar il-Kwalità tal-Arja. Din tiddeskrivi l-prinċipji bażiċi li jikkonċernaw il-valutazzjonijiet u l-immaniġġjar tal-kwalità tal-arja fl-Istati Membri. Id-Direttiva telenka wkoll is-sustanzi li jniġġsu l-arja li għalihom ġew żviluppati standards u objettivi ta' kwalità tal-arja u speċifikati fil-leġiżlazzjoni sussegwenti (l-erba' Direttivi 'Sekondarji');
- Id-Deċiżjoni dwar l-'Iskambju ta' Informazzjoni', li tistabbilixxi skambju reċiproku ta' informazzjoni u dejta min-netwerks u l-istazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġis tal-arja tal-madwar fi ħdan l-Istati Membri tal-UE.
Aktar informazzjoni dwar il-linji politiċi u l-leġiżlazzjoni dwar it-tniġġiż tal-arja: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea
Kontenut relatat
Interactive charts
Ara wkoll
Permalinks
- Permalink to this version
- f9e3addb60093862c4138acba1f6c76d
- Permalink to latest version
- NWUIC12H3M
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/air/policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 16 Aug 2022, 09:31 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn