Press Release
Friefet jew negozju – l-Ewropa jista’ jkollha t-tnejn!
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ma hemm l-ebda soluzzjoni sempliċi iżda r-regolaturi, in-negozji u ċ-ċittadini jeħtieġ li jaħdmu flimkien u jsibu modi innovattivi kif jużaw ir-riżorsi b’mod iktar effiċjenti. Iż-żerriegħa għal azzjoni futura teżisti: il-biċċa xogħol li jmiss hija li ngħinuha trabbi l-għeruq u tiffjorixxi.
Prof. Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Il-valutazzjoni l-ġdida tal-EEA turi li d-domandi globali għar-riżorsi naturali għat-tmigħ, tlibbis, akkomodazzjoni u trasport tan-nies qegħdin jiżdiedu. Dawn it-talbiet li qegħdin jakkumulaw fuq il-kapital naturali qegħdin jagħmlu iżjed pressjoni fuq l-ekosistemi, l-ekonomiji u l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa u f’postijiet oħra. Madankollu, is-SOER2010 jikkonferma li politika ambjentali mfassla tajjeb tkompli ttejjeb l-ambjent Ewropew mingħajr ma thedded il-potenzjal tat-tkabbir tal-Ewropa.
‘Qed nikkunsmaw iktar riżorsi naturali minn kemm huwa ekoloġikament stabbli. Dan huwa minnu kemm għall-Ewropa kif ukoll għall-pjaneta b’mod ġenerali. It-tibdil fil-klima huwa l-iktar sinjal viżibbli tal-instabilità sa issa, iżda firxa ta’ tendenzi globali tissuġġerixxi riskji sistematiċi ikbar għall-ekosistemi fil-futur. In-natura tal-kriżi finanzjarja attwali għandha ġġegħilna nieqfu biex naħsbu,’ qalet Prof. Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA.
Bidla kompleta għal ekonomija ħadra b’riżorsi effiċjenti teħtieġ li r-riżorsi ambjentali kollha – il-bijodiversità, l-art, il-karbonju, ix-xmajjar, l-ibħra u l-arja li nieħdu nifs minnha – ikunu kkunsidrati b’mod sħiħ fid-deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni, il-konsum u l‑kummerċ globali.
‘Ma hemm l-ebda soluzzjoni sempliċi iżda r-regolaturi, in-negozji u ċ-ċittadini jeħtieġ li jaħdmu flimkien u jsibu modi innovattivi kif jużaw ir-riżorsi b’mod iktar effiċjenti. Iż-żerriegħa għal azzjoni futura teżisti: il-biċċa xogħol li jmiss hija li ngħinuha trabbi l-għeruq u tiffjorixxi,’ tikkonkludi McGlade.
Is-SOER2010 jenfasizza wkoll għarfien ikbar tar-rabtiet bejn it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, l-użu tar-riżorsi u s-saħħa tal-bniedem — u kif għodod bħall-ippjanar tal-ispazju, ir-riforma tat-taxxa ekoloġika, il-prevenzjoni tat-tniġġis, il-prekawzjoni u r-responsabbiltà fl-użu tar-riżorsi jistgħu jkunu l-bażi ta’ approċċ ibbażat fuq il-kapital naturali għall-immaniġġar tagħhom.
Sejbiet u rakommandazzjonijiet ewlenin
- It-tibdil fil-Klima: L-Unjoni Ewropea għamlet progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u fl-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli. L-emissjonijiet fl-UE-27 għall-2009 jinsabu 17% taħt il-livell tal-1990 u għalhekk qrib ħafna tal-mira tal-bloc li jnaqqas l-emissjonijiet b’20% sal-2020. Madankollu, it-tendenzi settorjali mhumiex kollha pożittivi. L-emissjonijiet fl-UE-27 mit-trasport żdiedu b’24% bejn l-1990 u l-2008.
- Addattament għat-tibdil fil-klima: Anke jekk l-Ewropa tilħaq il-miri tagħha kollha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-mexxejja dinjija jaqblu dwar miżuri qawwija matul it-taħditiet dwar il-klima li qed isiru bħalissa f’Cancun, il-Messiku, l-Ewropa xorta tkun teħtieġ taddatta għal impatti li huma dejjem preżenti u mistennija. Ġestjoni għaqlija tal-kapital naturali tista’ tgħin fl-indirizzar ta’ dawn l-isfidi.
- Il-bijodiversità, l-ekosistemi u s-saħħa umana: In-netwerk taż-żoni protetti Natura 2000, li issa jkopri madwar 18% tal-art tal-UE, għen biex jipproteġi speċi f’riskju ta’ estinzjoni u jippriserva spazji ħodor għall-ħin liberu. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u tal-ilma naqqset il-pressjoni fuq il-bijodiversità u n-nies. Min-naħa l-oħra, l-intensifikazzjoni tal-użu tal-art, it-telf ta’ ħabitat u s-sajd żejjed ipprevjenew lill-UE milli tilħaq l-għan tagħha li twaqqaf it-telf tal-bijodiversità sal-2010.
- Soluzzjonijiet integrati b’perspettiva globali: Billi juri l-ħafna rabtiet bejn sfidi differenti, ambjentali u oħrajn, l-SOER2010 iħeġġiġna biex inżidu l-azzjonijiet integrati matul l-oqsma ta’ politika differenti li jittrattaw dawn l-isfidi, sabiex it-titjib isir iktar malajr u l-ko-benefiċċji jkunu massimizzati (eż. niġġieldu t-tibdil fil-klima u ntejbu l-kwalità tal-arja fl-istess ħin).
- Effiċjenza tar-riżorsi: Is-sigurtà tal-ikel, tal-enerġija u tal-ilma huma raġunijiet ewlenija tal-użu tal-art minħabba li spiss, it-talbiet kunfliġġenti jiżdiedu (eż. għall-ikel, għall-għalf u għall-fjuwil). Rendikont u pprezzar li jqisu b’mod sħiħ l-impatti tal-użu tar-riżorsi huma essenzjali biex jattiraw in-negozju u l-konsumaturi lejn effiċjenza mtejba tar-riżorsi.
- Involviment taċ-ċittadini: Il-politika weħidha ma tistax twaqqaf jew treġġa’ lura tendenzi ambjentali. Aħna neħtieġu nżidu n-numru ta’ ċittadini impenjati f’li jnaqqsu l-impatt tagħhom fuq l-ambjent billi ninvolvuhom fil-ġbir ta’ dejta u fil-midja soċjali.
Noti lill-editur
Is-SOER huwa r-rapport ewlieni tal-EEA ppubblikat kull ħames snin, immirat sabiex jipprovdi informazzjoni fuq l-istat ta’, it-tendenzi fi, u l-prospetti għall-ambjent Ewropew, inkluż kawżi, impatti u risponsi potenzjali. L-SOER2010 jikkonsisti minn erba’ elementi ewlenin: (i) valutazzjonijiet tematiċi dwar kwistjonijiet ambjentali ewlenin (it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, l-użu tal-art, it-tniġġis tal-arja, l-ambjent marittimu, il-konsum, eċċ) kull waħda akkumpanjata minn fatti u tendenzi rilevanti, (ii) valutazzjoni ta’ tendenzi kbar globali rilevanti għall-ambjent Ewropew, (iii) valutazzjonijiet tal-pajjiż, u (iv) rapport integrat ta’ sinteżi.
Il-valutazzjonijiet kollha tas-SOER jistgħu jinstabu onlajn fuq www.eea.europa.eu/soer.
Dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
L-EEA hija bbażata f’Kopenħagen. L-Aġenzija timmira li tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista’ jitkejjel fl-ambjent Ewropew bilii tipprovdi informazzjoni fil-ħin, immirata, rilevanti u kredibbli lil min ifassal il-politika u lill-pubbliku.
Pajjiżi membri fl-EEA: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja,l-Ungerija, l-Islanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, it-Turkija, ir-Renju Unit. Is-sitt pajjiżi fil-Punent tal-Balkani huma pajjiżi li jikkooperaw: l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja. Dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni huma integrati fl-Eionet u jappoġġjaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni għall-Proċess ta' Stabilità u Assoċjazzjoni tal-pajjiżi fil-Punent tal-Balkani.
Informazzjoni ta’ Kuntatt
Għal talbiet ta’ midja:
Ms Gülçin Karadeniz, Uffiċjal għall-istampa Telefon: +45 3336 7172 Mowbajl: +45 2368 3653 |
Ms Iben Stanhardt Uffiċjal għall-istampa Telefon: +45 3336 7168 Mowbajl: +45 2336 1381 |
Permalinks
- Permalink to this version
- cce362551ea9f2cbf800a701ac58d6ad
- Permalink to latest version
- EZUSHVTB5M
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/pressroom/newsreleases/www-1 or scan the QR code.
PDF generated on 04 Feb 2023, 10:57 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn