li jmiss
preċedenti
punti

Dwar l-ambjent u s-saħħa

Page Mibdul l-aħħar 08 Sep 2016
This page was archived on 08 Sep 2016 with reason: Content is outdated
Ambjent nadif huwa essenzjali għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Madankollu, l-interazzjonijiet bejn l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem huma kumplessi ħafna u diffiċli biex jiġu evalwati. Dan jagħmel l-użu tal-prinċipju ta' prekawzjoni partikolarment utli. L-impatti fuq is-saħħa l-aktar magħrufa huma relatati mat-tniġġiż tal-atmosfera, kwalità ħażina ta' ilma u sanità insuffiċjenti. Ħafna inqas hu magħruf dwar l-impatti tal-kimiċi perikolużi fuq is-saħħa. L-istorbju huwa kwistjoni emerġenti għas-saħħa u l-ambjent. Il-bidla fil-klima, it-tħassir tal-ożonu stratosferiku, it-telf ta' biodiversità, u d-degradazzjoni tal-art jistgħu ukoll jaffettwaw saħħet il-bniedem.

Fl-Ewropa, il-preokkupazzjonijiet ewlenin ta' saħħa relatati mal-ambjent huma relatati mat-tniġġis tal-arja fuq barra u fuq ġewwa, il-kwalità fqira tal-ilma, il-livell baxx ta' sanità u l-kimiċi perikolużi. L-impatti ta' saħħa relatati jinkludu mard respiratorju u kardjovaskulari, il-kanċer, l-ażma u l-allerġija, kif ukoll disturbi riproduttivi u fl-iżvilupp newroloġiku.

Il-materja tal-partiċella fina u l-ożonu fil-livell tal-art huma t-theddid ewlieni għas-saħħa umana mit- tniġġis tal-arja. Il-programm tal-UE dwar Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE) ħareġ stima ta' total ta' 348 000 mewt prematura kull sena minħabba l-espożizzjoni għall-partiċelli fini (PM2.5). F'dan il-livell ta' espożizzjoni, it-tul ta' ħajja medja titnaqqas b'madwar sena.

Il- Green Paper tal-UE dwar l-espożizzjoni għall-istorbju tiddikkjara li madwar 20 % tal-popolazzjoni tal-UE ssofri minn livelli ta' storbju li l-esperti tas-saħħa jqisu bħala inaċċettabbli, jiġifieri li jistgħu jwasslu għal fastidju, interruzzjoni fl-irqad u effetti negattivi fuq is-saħħa.

It-trasport, espeċjalment f'żoni urbani, huwa wieħed mill-kontributuri ewlenin għall-espożizzjoni tal-bniedem għat-tniġġis tal-arja u l-istorbju.

Ħafna inqas hu magħruf dwar l-impatti tal-kimiċi fuq is-saħħa. Hemm tħassib li qed jiber dwar l-effetti tal-espożizzjoni għal taħlitiet ta' kimiċi f'livell baxx u għal perijodi twal f'ħajjitna, b'mod partikolari waqt il-bidu tat-tfulija u fit-tqala.

Kimiċi persistenti b'effetti fit-tul, bħall-polychlorinated biphenyls (PCBs) u l-chlorofluorocarbons CFCs, u dawk użati fi strutturi li jdumu għal ħafna żmien - per eżempju materjal tal-kostruzzjoni - jistgħu jippreżentaw riskji anke wara li l-produzzjoni tagħhom tkun waqfet b'mod gradwali.

Ħafna sustanzi li jniġġsu magħrufa li jaffettwaw is-saħħa umana, gradwalment qed jiġu taħt kontroll regolatorju. Madankollu, hemm kwistjinijiet emerġenti li t-toroq ambjentali għalihom u l-effetti għas-saħħa għadhom mhux mifhuma sew. l-eżempji huma l-oqsma elettromanjetiċi (EMF), il-farmaċewtiċi fl-ambjent u xi mard li jittieħed (li l-firxa tagħhom tista' tkun affettwata mill-bidla fil-klima). L-iżvilupp ta' 'sistemi ta' twissija kmieni' għandhom jiġu mħeġġa sabiex jitnaqqas il-ħin bejn l-iskoperta ta' periklu potenzjali u l-azzjoni jew l-intervent politiku.

Is-saħħa tal-bniedem dejjem kienet mhedda mill-perikli naturali bħall-maltempati, għargħar, nirien, valangi u nixfiet. Il-konsegwenzi ta' dawn qed jiħżienu minħabba n-nuqqas ta' preparazzjoni u minħabba l-azzjonijiet umani bħad-deforestazzjoni, il-bidla fil-klima u t-telf ta' biodiversità.

Permalinks

Topics

Dokument ta’ Azzjonijiet