All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
It-teknoloġiji ambjentali jipprovdu soluzzjonijiet sabiex jitnaqqsu l-inputs tal-materjal, inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet, jirkupraw prodotti sekondarji ta' valur u jimminimizzaw il-problema ta' rimi ta' skart. Dawn ikabbru l-eko-effiċjenza, jew fi kliem ieħor, 'jagħmlu aktar b'inqas', jappoġġjaw l-applikazzjoni ta' sistemi tal-immaniġġjar tal-ambjent u jagħmlu l-proċessi ta' produzzjoni aktar nodfa.
Fl-Ewropa hemm opportunitajiet kbar biex isir użu aħjar tal-aħħar teknoloġiji fl-użu tal-enerġija, it-trasport u l-materjal. Il-kumpaniji Ewropej huma partikolarment b'saħħithom fil-ħolqien ta' enerġija li tiġġedded, u fl-immaniġġjar tal-iskart u r-riċiklaġġ, fejn għandhom sehem mis-suq globali ta' 40 % u 50 % rispettivament.
It-teknoloġiji ambjentali jintużaw ukoll sabiex tinġabar informazzjoni dwar l-ambjent - monitoraġġ u ġbir ta' dejta sabiex tiġi identifikata l-preżenza ta' sustanzi li jniġġsu, bidliet fil-wiċċ tal-art, jew biex jiġu identifikati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem permezz tal-bijomonitoraġġ.
It-teknoloġiji ambjentali għandhom il-potenzjal li fid-deċennju li jmiss jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra b' 25-80 %, għat-tnaqqiis tal-ożonu b' 50 % u għall-aċidifikazzjoni u l-ewtrofikazzjoni sa 50 %. Għall-industrija tal-ilma, l-isfida hija li tiżviluppa teknoloġiji ġodda u b'infiq effettiv li jikkunsidraw l-esternalitajiet ambjentali u l-aspetti tal-enerġija. Tkabbir sinifikinati fit-teknoloġija u l-espansjoni tas-suq huma wkoll mistennija għal soluzzjonijiet ta' skart li jinbidel f'enerġija fuq skala żgħira u l-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija fuq skala żgħira ibbażati fuq il-bijomassa.
Sabiex jiġi realizzat il-potenzjal tat-teknoloġiji ambjentali, hemm bżonn li tinħoloq aktar aċċettazzjoni tas-suq. In-nuqqas ta' għarfien dwar il-prezzijiet reali biex jinkisbu, jintużaw u jintremew il-materjal u l-enerġija xorta għadu ostaklu sinifikanti għall-implimentazzjoni aktar wiesgħa ta' ħafna eko-innovazzjonijiet.
Il-konsumaturi u l-investituri jridu jkunu jafu preċiż l-effikaċja u l-benefiċċji ambjentali tat-teknoloġiji differenti sabiex ikunu jistgħu jixtru u jiffinanzjaw b'kunfidenza prodotti li spiss ikunu ġodda għas-suq. Sabiex isostnu dan, dawk li jfasslu l-politika fl-Ewropa bħalissa qed jiddiskutu kif għandhom isiru il-verifiki ta' dawn it-teknoloġiji.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/technology/about or scan the QR code.
PDF generated on 26 Apr 2024, 09:36 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn