Bijodiversità - Ekosistemi
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
Il-ħamrija għandha rwol kruċjali fiċ-ċikli tan-natura, inkluż iċ-ċiklu tan-nutrijenti, li jinvolvi l-ammont ta' materjal organiku tal-ħamrija - jiġifieri l-karbonju, in-nitroġenu u l-fosforu - li jittieħed u jinħażen fil-ħamrija. Il-komposti organiċi, bħal weraq u ponot tal-għeruq, huma maqsuma għal komposti aktar sempliċi minn organiżmi li jgħixu fil-ħamrija qabel ma jkunu jistgħu jintużaw mill-pjanti. Xi batterji tal-ħamrija jikkonvertu n-nitroġenu atmosferiku f’nitroġenu minerali, li huwa essenzjali għat-tkabbir tal-pjanti. Il-fertilizzanti jintroduċu n-nitroġenu u l-fosfati biex jistimolaw it-tkabbir tal-pjanti iżda mhux l-ammonti kollha jittieħdu mill-pjanti. L-eċċess jista’ jidħol fix-xmajjar u fil-lagi u jaffettwa l-ħajja f’dawn l-ekosistemi tal-ilma.
L-Ewropa qiegħda tiġbor dejjem aktar data, b'hekk jittejjeb il-fehim tagħna tal-ambjent. Id-data tal-osservazzjoni tad-dinja miksuba permezz tal-programm Copernicus tal-Unjoni Ewropea tippreżenta sfidi u opportunitajiet ġodda biex intejbu l-għarfien ambjentali tagħna. Billi tikkombina d-data aġġornata ta' Copernicus mal-bażi ta' għarfien eżistenti tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandha l-għan li tagħti s-setgħa lil dawk li jfasslu l-politika u liċ-ċittadini fl-Ewropa kollha biex jieħdu miżuri sabiex jiġu indirizzati sfidi lokali, nazzjonali u globali.