HelpCenter FAQ
Xi jfissru l-valuri tal-indiċi tal-kwalità tal-arja?
L-indiċi tal-kwalità tal-arja Ewropew huwa kkumplimentat b’messaġġi relatati mas-saħħa. Dawn jipprovdu rakkomandazzjonijiet kemm għall-popolazzjoni ġenerali kif ukoll għal gruppi sensittivi, bħall-adulti u t-tfal bi problemi respiratorji u l-adulti b’kundizzjonijiet tal-qalb. Jekk jogħġbok ara r-rakkomandazzjonijiet hawn taħt:
Indiċi tal-Kwalità tal-Arja | Popolazzjoni ġenerali | Popolazzjonijiet sensittivi |
---|---|---|
Tajba | Il-kwalità tal-arja hija tajba. Gawdi mill-attivitajiet fuq barra tas-soltu tiegħek. | Il-kwalità tal-arja hija tajba. Gawdi mill-attivitajiet fuq barra tas-soltu tiegħek. |
Xierqa | Gawdi mill-attivitajiet fuq barra tas-soltu tiegħek. | Gawdi mill-attivitajiet fuq barra tas-soltu tiegħek. |
Moderata | Gawdi mill-attivitajiet fuq barra tas-soltu tiegħek. | Ikkunsidra li tnaqqas attivitajiet intensi fuq barra jekk tesperjenza xi sintomi. |
Ħażina | Ikkunsidra li tnaqqas attivitajiet intensi fuq barra jekk tesperjenza xi sintomi bħal uġigħ fl-għajnejn, sogħla jew uġigħ fil-griżmejn. | Ikkunsidra li tnaqqas l-attivitajiet fiżiċi, b’mod partikolari fuq barra, speċjalment jekk tesperjenza xi sintomi. |
Ħażina ħafna | Ikkunsidra li tnaqqas attivitajiet intensi fuq barra, jekk tesperjenza xi sintomi bħal uġigħ fl-għajnejn, sogħla jew uġigħ fil-griżmejn. | Naqqas l-attivitajiet fiżiċi, b’mod partikolari fuq barra, speċjalment jekk tesperjenza xi sintomi. |
Ħażina mmens | Naqqas l-attivitajiet fiżiċi fuq barra. | Evita attivitajiet fiżiċi fuq barra. |
Permalinks
- Permalink to this version
- c142248609f34c86aecc23e666934e0b
- Permalink to latest version
- R325BO7VXW
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/xi-jfissru-l-valuri-tal or scan the QR code.
PDF generated on 01 Apr 2023, 08:27 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn