All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
HelpCenter FAQ
Is-sustanzi kimiċi huma parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, b’eluf użati kuljum. Madankollu, xi sustanzi kimiċi jippreżentaw riskji għall-pjanti u għall-annimali li jgħixu fl-ilma, kif ukoll għall-annimali li jikluhom u għall-bnedmin. Xi wħud mir-riskji ilhom jiġu rikonoxxuti għal għexieren ta’ snin iżda riskji ġodda jitfaċċaw b’mod regolari.
L-esponiment tal-bniedem għal sustanzi kimiċi perikolużi magħmulin mill-bniedem jista’ jseħħ permezz tal-inġestjoni ta’ ilma jew frott tal-baħar ikkontaminati, jew permezz tal-għawm. Skont il-livell ta’ esponiment, l-effetti sussegwenti jistgħu jwasslu għal firxa ta’ mard kroniku, bħall-kanċer. It-tgħarrif tagħna dwar kif il-pestiċidi għandhom impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistema jagħti informazzjoni ewlenija dwar l-użu tal-pestiċidi u l-impatti tagħhom.
Is-sustanzi kimiċi għandhom ukoll impatti negattivi fuq l-ekosistemi tal-baħar, u jnaqqsu s-servizzi li dawn jistgħu jipprovdu lill-bniedem u lill-ekonomija u jeqirdu l-bilanċ naturali ta’ dawn l-ekosistemi.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-rapport tal-EEA 'Chemicals in European waters' (is-Sustanzi Kimiċi fl-ilmijiet Ewropej) jew it-tgħarrif tagħna 'Managing the systemic use of chemicals in Europe' ('Il-ġestjoni tal-użu sistemiku tas-sustanzi kimiċi fl-Ewropa).
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/x2019inhuma-l-perikli-tat-tniggis or scan the QR code.
PDF generated on 03 Oct 2024, 08:19 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn