All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
HelpCenter FAQ
Il-gassijiet fluworurati (gassijiet F) huma gassijiet magħmula mill-bniedem użati f’firxa ta’ applikazzjonijiet industrijali. Il-gassijiet F spiss jintużaw bħala sostituti għal sustanzi li jnaqqsu l-ożonu minħabba li ma jagħmlux ħsara lis-saff tal-ożonu atmosferiku. Madankollu, il-gassijiet F huma gassijiet serra qawwija, b’potenzjal ta’ tisħin saħansitra ogħla mid-diossidu tal-karbonju (CO2). B’hekk dawn jikkontribwixxu ħafna għat-tibdil fil-klima.
Sabiex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet mill-gassijiet F, inklużi l-idrofluworokarburi (HFCs), l-Unjoni Ewropea adottat żewġ atti leġiżlattivi: ir-Regolament dwar il-gassijiet F u d-Direttiva MAC (Sistemi Mobbli tal-Arja Kkundizzjonata). L-EEA tikkontribwixxi billi tiġbor data rrapportata mill-kumpaniji dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-qerda u l-użu tal-materja prima tal-gassijiet F fl-UE. Din id-data tiġi ppubblikata fir-Rapport dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra fuq bażi annwali.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/x2019inhuma-l-gassijiet-f-u or scan the QR code.
PDF generated on 09 Oct 2024, 05:38 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn