HelpCenter FAQ
X’inhu meħtieġ biex l-ekonomija tal-Ewropa ssir aktar ċirkolari?
Ekonomija aktar ċirkolari tista’ timminimizza l-estrazzjoni tar-riżorsi u l-iskart, ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi, tnaqqas il-gassijiet serra u emissjonijiet oħra, u tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-bijodiversità. Madankollu, l-ekonomija tal-Ewropa għadha fil-biċċa l-kbira lineari u tista’ tibbenefika minn kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-mod kif il-prodotti u l-materjali jiġu mfassla, ikkummerċjalizzati, użati u rkuprati. Dan jirrikjedi aktar investimenti fit-titjib ta’ innovazzjonijiet promettenti u monitoraġġ aħjar tal-progress lejn iċ-ċirkolarità.
L-EEA pproduċiet madwar 20 pubblikazzjoni li jittrattaw is-suġġett li jistgħu jgħinu biex tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija wiesgħa. Jekk jogħġbok ara, pereżempju, Inwittu t-triq għal ekonomija ċirkolari — għarfien dwar l-istatus u l-potenzjal, L-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija — sħab fis-sostenibbiltà, u Ċirkolari bid-disinn — Prodotti fl-ekonomija ċirkolari.
Sib aktar titoli mill-bażi ta’ data tal-pubblikazzjonijiet tal-EEA: Pubblikazzjonijiet tal-EEA dwar l-Ekonomija Ċirkolari
Permalinks
- Permalink to this version
- 269ca8e5b537436aba5813462f9dba53
- Permalink to latest version
- 5JXWHGR7YO
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/x2019inhu-mehtieg-biex-l-ekonomija or scan the QR code.
PDF generated on 06 Feb 2023, 06:21 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn