HelpCenter FAQ
L-enerġija rinnovabbli kif qed tgħinna nilħqu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija?
Is-sistema Ewropea tal-enerġija għaddejja minn bidliet rapidi biex tqiegħed l-ekonomija tal-UE fit-triq lejn in-newtralità karbonika, u l-użu sostenibbli u effiċjenti tar-riżorsi. L-enerġija rinnovabbli hija strumentali għal din it-trasformazzjoni. L-isforzi tal-UE biex tirdoppja s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tagħha taw il-frott; l-ammont ta’ fjuwils fossili użati u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati tagħhom tnaqqsu b’mod sinifikanti. Filwaqt li l-enerġija rinnovabbli kkontribwixxiet ukoll għal tnaqqis f’ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja, bħad-diossidu tal-kubrit, l-eżiti mhumiex kollha pożittivi. Pereżempju, f’pajjiżi fejn il-ħruq tal-bijomassa żdied b’mod konsiderevoli mill-2005, l-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja, bħall-materja partikolata, żdiedu wkoll.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-briefing tagħna dwar L-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa: importanti għall-objettivi klimatiċi, iżda t-tniġġis tal-arja jeħtieġ attenzjoni. Ir-rapport dwar l-enerġija rinnovabbli juri xejriet reċenti f’diversi teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, u t-trasport, kif ukoll għal kull pajjiż. Barra minn hekk, id-dashboard tal-impatt tal-enerġija rinnovabbli jippreżenta stimi tal-impatt tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli fuq l-użu tal-fjuwils fossili, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) u t-tniġġis tal-arja mill-2005.
Permalinks
- Permalink to this version
- 223633492628471eb0631730a3df3358
- Permalink to latest version
- ZV510ICKB4
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/l-energija-rinnovabbli-kif-qed or scan the QR code.
PDF generated on 31 Jan 2023, 03:52 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn