HelpCenter FAQ
Kif nistgħu nipproteġu l-ambjent tal-baħar tagħna?
L-ambjent tal-baħar huwa riżors vitali għall-ħajja fid-dinja peress li jwettaq għadd ta’ funzjonijiet ambjentali importanti. Madankollu, l-oċeani u l-ibħra tagħna huma mhedda mis-sajd eċċessiv, mill-ħsara f’qiegħ il-baħar, mit-tniġġis kawża tal-arrikkiment tan-nutrijenti u l-kontaminanti, mit-tixrid ta’ speċi mhux indiġeni, mill-iskart tal-baħar u mill-istorbju taħt l-ilma. Sir af aktar dwar dawn il-pressjonijiet u l-effetti kumulattivi tagħhom fuq l-Ibħra tal-Ewropa fl-aħħar rapport tekniku.
Minbarra l-implimentazzjoni ta’ għadd kbir ta’ politiki u leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ambjent tal-baħar li jindirizzaw il-pressjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet żoni tal-baħar protetti. Dawn huma żoni ġeografikament distinti li għalihom jeżistu objettivi ta’ protezzjoni. L-EEA żviluppat briefing dedikat dwar dawn iż-żoni tal-baħar protetti. Ġabra wiesgħa ta’ data tal-baħar hija disponibbli wkoll permezz tas-Sistema ta’ informazzjoni dwar il-Baħar għall-Ewropa (WISE-Marine).
Jekk jogħġbok ikkonsulta wkoll ir-rapport tal-EEA Messaġġi Marittimi II, speċjalment il-kapitolu dwar is-soluzzjonijiet.
Permalinks
- Permalink to this version
- 8461117e99fa48c2b13e51f6876e5425
- Permalink to latest version
- 85HTWFDYIN
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/kif-nistghu-nipprotegu-l-ambjent or scan the QR code.
PDF generated on 04 Jul 2022, 01:49 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn